Leanne Abela Grech

Persuni bil-Kartanzjan issa jistgħu jgawdu minn roħs f’servizzi tal-komunikazzjoni

Kull min għandu l-kartanzjan jista’ jibda jibbenefika minn skontijiet f’servizzi tal-komunikazzjoni, grazzi għal ftehim li ġie ffirmat bejn l-Aġenzija għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità u l-kumpanija GO.

F’konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat kif permezz ta’ dan il-ftehim, il-persuni kollha li għandhom ’il fuq minn 60 sena u b’kartà tal-identità Maltija, se jgawdu minn tnejn u għoxrin fil-mija skont fuq is-servizz tal-homepack; madwar għoxrin fil-mija skont fuq l-użu tal-mobile li fost oħrajn se jkollhom telefonati u SMSs bla limitu; u sbatax fil-mija skont fuq l-internet tad-dar.

Aqra aktar

Send this to a friend