Leanne Abela Grech

Notifiki

L-istudenti aktar favur it-tracksuit

Bdiet it-tieni fażi ta’ konsultazzjoni fost l-istudenti tal-iskejjel primarji dwar l-uniformijiet wara li l-ġimgħa l-oħra aktar minn 1,000 student fl-iskejjel medji u sekondarji tal-istat ħadu sehem fi proċess ta’ votazzjoni dwar jekk jippreferux  tracksuit komda u sportiva jew uniformi kif inhi preżenti.

Aqra aktar

L-aħħar tislima lil Joe Attard- vittma tan-nar

Il-Knisja Arċipretali ta’ San Filep ta’ Aġġira, Ħaż-Żebbuġ kienet maħnuqa bin-nies biex ingħatat l-aħħar tislima lil Joe Attard magħruf bħala l-Ġermaniż. Attard tilef ħajtu fl-għomor ta’ 58 sena, 11-il jum wara li kien involut fl-inċident fil-kamra tan-nar ta’ San Ġużepp li seħħ fis-26 ta’ Jannar li għadda.

Aqra aktar

Il-Gvern Malti jirrikonoxxi lil Juan Guaidò bħala l-President ad interim tal-Veneżwela

Il-Gvern Malti jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għad-dikjarazzjoni li għamlet l-Unjoni Ewropea u li flimkien mal-istati membri oħra jirikonoxxi lil Juan Guaidó bħala l-President ad interim tal-Veneżwela. Id-dikjarazzjoni li ġiet ippubblikata fis-26 ta’ Jannar li għadda, bosta membri tal-Unjoni Ewropea ħeġġew lil Nicolás Maduro biex jieħu l-passi legali meħtieġa għall-ezzjonijiet presidenzjali demokratiċi fi żmien 8 ijiem.

Aqra aktar

Statistika pożittiva dwar il-qgħad – 75% inqas mir-rata fl-2013

Ħidmet il-Gvern qed tħalli l-frott mixtieq fil-qasam tax-xogħol hekk kif rapport maħruġ mill-NSO jindika li sar tnaqqis drastiku ta’ aktar minn tliet kwarti miċ-ċifra ta’ qagħad fil-bidu tal-elfejn u tlettax. Il-gvern Laburista kien sab ċifri ta’ aktar minn ħamest elef persuna fuq ir-reġistru tal-qgħad, iżda sitt snin wara, dik iċ-ċifra niżlet għal elf u seba’ mija.

Aqra aktar

Skema ta’ għajnuna għal atleti b’diżabilità

Is-Segretarju Parlamentari għall-persuni b’diżabilità Anthony Agius Decelis nieda skema ġdida bil-għan li aktar persuni b’diżabilità jieħdu sehem f’attivitajiet sportivi.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbru d-dettalji tal-iskema, il-Kummissarju għall-Persuni b’Diżabilità Oliver Scicluna qal li din l-iskema se tagħti aktar kuraġġ lill-atleti b’diżabilità jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet barra minn xtutna.

Is-Sur Scicluna qal li hu seta’ jitkellem personalment dwar il-benefiċċju ta’ din l-iskema gekk kif għamel perjodu taż żmien jipprattika sport mingħajr is-sosten ta’ ħadd..

Is-Segrearju Parlamentari Agius Decelis qal li l-persuni b’diżabilità jistgħu jikkwalifikaw sa massimu ta’ erba’ mija u ħamsin ewro mill-ispejjez li jkunu għamlu  u sosnta li permezz tagħha l-Gvern qed ikompli juri l-prinċipji li jemmen fihom.

 

Send this to a friend