Leanne Abela Grech – One News

Leanne Abela Grech

Notifiki

Malta fost l-aqwa għaxar pajjiżi għall-irtirar

Malta hija fost l-aqwa għaxar pajjiżi biex nies li refgħu mix-xogħol jiġu jgħixu ħajja aktar serena. Fl-indiċi tal-Annual Global Retirement Index għal din is-sena li għamlet ir-rivista notarevoli International Living, Malta tpoġġiet fid-disa’ post, u l-ħajja li toffri lil min jgħix fiha ġiet deskritta bħala feliċi u sabiħa.Aqra aktar

Tfal jippromettu fil-basketball mat-tim tal-Hibs

Is-Sibt filgħodu ġol-Padiljun ta’ Kordin rajna diversi atleti żgħar jitħarrġu fil-basketball. It-tim tal-basketball tal-Hibs li ilu mwaqqaf kważi erbgħin sena iħarreġ mal-250 atleta fid-dixxiplina tal-basketball, u għandu fost l-aqwa nursury f’pajjiżna.Aqra aktar

Pupa li titkellem se tkun qed tgħin studenti jitgħallmu jaqraw

Il-pupa li titkellem u tinteraġixxi mal-istudenti biex jitgħallmu jaqraw bl-aktar mod divertenti permezz tal-intelliġenza artifiċjali, qiegħda fil-proċess biex issib ruħha fuq il-bank tal-iskola ta’ studenti bejn it-tmien u l-għaxar snin.Aqra aktar

Reuse Centres ġodda se jkunu qed jagħtu ħajja ġdida lill-oġġetti destinati għar-rimi

Dak li hu skart għalik jista’ jkun ta’ valur għal ħaddieħor, u dan huwa kunċett ġdid li l-WasterServ se tadotta bil-ftuħ tar-Reuse Centres. Dawn se jsiru f’erba’ ċentri tal-iskart goff: f’Ħal Far, Ħal Luqa, l-Imrieħel u Għawdex.Aqra aktar

Tnieda proċess biex sensara japplikaw għal-liċenzja

Tnieda sit sabiex sensara għandhom jaċċessaw sabiex ikunu jistgħu jirreġistraw għal liċenzja. Dan hekk kif minn bħal dan iż-żmien sena kull sensar irid ikun liċenzjat biex ibigħ proprjetà, u għalhekk permezz ta’ din il-liġi, is-suq tal-proprjetà f’pajjiżna se jkun regolat.Aqra aktar

Żidiet sinifikanti fit-telekomunikazzjoni matul is-sena l-oħra

Żmien il-pandemija ma xekkilx is-settur tat-telekomunikazzjoni; anzi għall-kuntrarju fl-ewwel disa’ xhur tas-sena l-oħra kien hemm żieda ta’ 5.4% ta’ abbonamenti bil-kuntratt tas-servizzi diġitali tat-televiżjoni, telefon u internet meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel.Aqra aktar

Send this to a friend