Kyle Mifsud – Page 7 – One News

Kyle Mifsud

Delia ma tax ċans lill-blue heroes iwieġbu mistoqsija ta’ ONE News wara li talbuh jirriżenja

Fi sforz iddisprat tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia biex jgħatti l-qasma li fniet lill-Partit Nazzjonalista, it-Tnejn waranofsinhar stieden tnejn mis-seventeen blue heroes ta’ Jason Azzopardi għal konferenza stampa li laqqa’ fl-Istamperija tal-Pietà.

Madankollu, filwaqt li poġġa lil dawn iż-żewġ deputati bilqiegħda fuq siġġu warajh ma’ tnejn mill-ftit alleati tiegħu, Delia waqqaf lill-ġurnalist ta’ ONE News milli jistaqsi mistoqsija lid-Deputat Karl Gouder dwar it-taqbida għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Donald Trump bl-ewwel żjara tiegħu fl-Indja

Il-President Amerikan Donald Trump jinsab fi triqtu għall-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fl-Indja. Trump ser ikunu qed jasal f’Gujarat fejn mistenni jindirizza l-folla fi grawnd tal-cricket.

Minn hemm huwa ser ikun qed jżur il-Belt ta’ Agra sabiex iżur it-Taj Mahal u jtemm iż-żjara tiegħu f’Delhi fejn ser ikun qed jipparteċipa f’diskussjonijiet mal-Prim Ministru Narendra Modi.

Dan bil-għan li jisaħħu r-rabtiet bejn l-akbar żewġ demokraziji fid-dinja.

AĠĠORNAT: Wieħed mill-qattiela tal-warden Għawdxija jinstab mejjet fiċ-ċella tiegħu

Ġanni Attard li għaxar snin ilu ġie kkundannat għomru l-ħabs wara li nstab ħati ta’ kompliċità fil-qtil tal-gwardjana lokali Fortunata Spiteri, dalgħodu nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu fil-ħabs ta’ Kordin. Attard kellu tnejn u sebgħin sena u bħal vittma kienu joqgħod ix-Xagħra Għawdex.

Fi stqarrija, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi qalet li Barbara, instab mejjet għall-ħabta tas-sitta u nofs tat-Tnejn filgħodu.

Għaxar snin ilu, Attard li kien jaħdem bħala xufier tal-karozza tal-linja kien instab ħati f’ġuri li fl-10 ta’ Awwissu tal-2001 kien kompliċi fl-omiċidju ta’ Spiteri. Huwa ma kienx instab ħati li kien il-moħħ wara dan il-qtil.

Fl-għoti tas-sentenza, l-Imħallef Michael Mallia kkundannah il-piena massima li kienet tagħtih l-liġi f’każ fejn persuna tinstab ħatja ta’ kompliċità li fis-sistema ġudizzjarja tagħna, il-ħati jrid jibqa’ maqful fiċ-ċella sa mewtu.

Fil-Qorti kien ingħad li Spiteri ġiet attakkata u nqatlet b’ħames daqqiet ta’ sikkina fit-triq li mir-Rabat tagħti għall-Għarb b’rabta mal-festa fil-lokalità ta’ San Lawrenz. Hija kellha sebgħa u erbgħin sena.

Attard kien it-tieni persuna li kien intbagħat il-ħabs b’rabta ma’ dan il-qtil, l-ewwel u l-uniku qtil fl-istorja tal-gwardjani f’Malta. Benny Attard kien ikkundannat tletin sena ħabs wara li ammetta flok għadda ġuri bis-sehem tiegħu fir-reat. Ġużeppi Farrugia, akkużat ukoll fil-każ kien miet qabel intemmu l-proċeduri kontra tiegħu.

Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef Mallia kien sostna wkoll li Ġanni kien qatta’ ħajtu jisfida lill-awtoritajiet u baqa’ ma tgħallem qatt mill-iżbalji tiegħu.

Ħamsa u erbgħin sena ilu, huwa kien ikkundannat erba’ snin ħabs wara li kien instab ħati li darab gravi lil missieru Wenzu f’tilwima bejnu u ħuh.

Dakinhar il-missier daħal biex iferraqhom u spiċċa miet wara li qala’ tir ta’ senter li ġie sparat minn Ġanni.

L-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi qalet li bil-mewt ta’ Attard ġew infurmati minnufih il-pulizija tad-distrett biex jinvestigaw, u nħatret inkjesta bil-Maġistrat tal-Għassa, kif ukoll inkjesta interna.

Fenech Adami kontra proċess aktar trasparenti


Fil-bidu tad-diskussjoni fl-istadju tat-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar il-ħatra tal-kummissarju tal-pulizija, id-Deputat Nazzjonalsita Beppe Fenech Adami attakka l-proposta tal-Gvern li se tneħħi s-setgħa tiegħu li jaħtar il-kummissarju tal-Pulizija. Aqra aktar

Send this to a friend