Kyle Mifsud – Page 6 – One News

Kyle Mifsud

ARA: Għamlet proġett għall-klassi u se tikkompeti bih fl-Olimpjadi tar-Robotika f’Malta

Għall-għaxar sena konsekuttiva l-Ministeru tal-Edukazzjoni se jorganizza l-Olimpijadi tar-Robotika ta’ Malta li matulha bosta studenti minn diversi skejjel jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet, workshops u preżentazzjonijiet għall-familja kollha. F’konferenza tal-aħbarijiet mill-bini taċ-Ċentru tal-Litteriżmu Diġitali ġie spjegat li  din l-attività se tkun imqassma fuq tlett ijiem li jibdew mis-27 ta’ dan ix-xahar.

Tul is-snin din l-olimpijadi stabilixxiet ruħha bħala l-akbar avveniment relatat mat-teknoloġija fil-gżejjer Maltin li tiġbed lejha mal-14,000 ruħ kull sena.

Sachanne Zammit, studenta tal-ħames sena mill-Kulleġġ San Injazju spjegat li hija għaqdet proġett li ħadmet waqt il-lezzjonijiet tad-Disinn u t-Teknoloġija u se tikkompeti bih f’din l-attività.

Daniel Bezzina, student ta’ tnax-il sena mill-istess kulleġġ komla jispjega li flimkien ma’ grupp ieħor ta’ studenti se jikkompetu b’robot jismu Ranger.

Preżenti għal din it-tnedija kien hemm il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici li sostna li fl-edukazzjoni tal-informatika, pajjiżna baqa’ jimxi dejjem ‘il quddiem u ninsabu fost l-aqwa pajjiżi Ewropej.

Sostna li għandna ninvestu aktar fl-edukazzjoni dwar dan is-suġġett li kontinwament qed ibiddel il-mod ta’ kif ngħixu.

Is-Segretarju Parlamentari Responsabbli mill-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo qal li huwa importanti li nsaħħu dawn it talenti fost it-tfal.

Spjega li t-tagħlim qed isir dejjem aktar interattiv u tenna li  l-edukazzjoni trid tħejji lit-tfal għax-xogħol u għall-ħajja ta’ għada.

Fakkar kif fil-futur l-intelliġenza artifiċjali se tagħmel parti kbira minn ħajjitna u hija xi ħaġa pożittiva ferm li l-iskejjel qed iħarrġu lit-tfal f’dawn is-suġġetti.

 

Ebda każ tal-Coronavirus f’Malta- Il-Professur Charmaine Gauci

F’pajjiżna m’għandna l-ebda każ tal-Coronavirus. Dan qalitu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci fejn spjegat ukoll li sa issa minn 56 test li saru kollha rriżultaw fin-negattiv.

Spjegat li m’għandna l-ebda każ għax is-Saħħa Pubblika qed taħdem biex jekk ikun hemm każ jinqabad kmieni. Għalhekk bħalissa qed isir screening fil-punti tad-dħul kollha biex f’każ li tidħol persuna infettata tinqabad malajr.

Il-Professur Gauci spjegat li d-Dipartiment saħħaħ l-parir tal-ivjaġġar. Filfatt ħareġ parir dwar ivjaġġar mhux essenzjali. Filfatt dwar dan hemm diversi nies li kkanċellaw l-ivjaġġar għall-pajjiżi affetwati.Aqra aktar

Waħda mill-ġonot tal-interconnector lesta iżda x-xogħol waqaf minħabba l-maltemp


Wasal f’nofs triq ix-xogħol ta’ tiswija fuq l-interconnector bejn Malta u Sqallija wara li tlesta x-xogħol fuq l-ewwel ġonta. Dan wara li l-cable ttella’ minn fond ta’ 150 metru.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta Jason Vella spjega li x-xogħol beda minnufih malli ġiet identifikata l-ħsara li saret minn ankra ta’ bastiment f’Diċembru li għadda.

Huwa spjega: “Il-ġonta fuq in-naħa ta’ Malta hija lesta u l-cable l-ġdid qiegħed ukoll imqabbad mal-interconnector li hemm taħt il-baħar.”

Madankollu spjega wkoll li minħabba l-maltemp li qed ilaħħaq il-forza 7  bejn il-fliegu ta’ Malta u Sqallija, ix-xogħol li mistenni jiswa €11-il miljun kellu jieqaf temporanjament.

Is-Sur Vella kompla jfisser: “Fil-fatt għamilna pause żgħira fuq ix-xogħlijiet. Ma jistax ikollok il-cable li ttella’ minn qiegħ il-baħar kif tridu jissewwa meta ma jkollokx ċerta stabbiltà fuq fejn qed isiru x-xogħlijiet.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta Vella sostna li sakemm waslet il-parti l-ġdida tal-cable fuq il-post, beda jittella’ l-cable minn ġot-trinka li jinsab fiha. Fakkar li l-Enemalta għadha żżomm ir-riserva ta’ Delimara sabiex iżżomm is-sigurtà fuq il-provvista tad-dawl.

Il-Ministru tal-Enerġija Michael Farrugia spjega li minkejja l-maltemp, ix-xogħol xorta se jitlesta qabel ma kien ppjanat.

L-Onor. Farrugia sostna: “Naħseb tajjeb illi nfakkar li meta ġara l-inċident konna qed nikkalkulaw li hemm ċans minimu ta’ 6 xhur biex jissewwa l-interconnector. L-interconnector se jitlesta fi żmien tliet xhur.”

Il-Ministru Farrugia tenna li għandu bżonn isir aktar investiment biex f’każ ta’ inċident ieħor fuq l-interconnector pajjiżna jibqa’ kapaċi jiġġenera l-elettriku kollu li jkollu bżonn b’mod indipendenti.

Mistoqsi dwar l-istudju li qed isir dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku, Farrugia spjega li mhux għaqli li jitpoġġa interconnector ieħor fl-istess rotta.

Madankollu Farrugia spjega li l-istudju qed iħares lejn modi oħra ta’ ġenerazzjoni fosthom l-Idroġenu.

Waqt li nnota li bejn l-2014 u l-2018 id-domanda għall-elettriku żdiedet b’20%, qal li se jsir investiment sostanzjali fl-enerġija li tiġġedded. Ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se joħorġu aktar skemi bil-għan li dawk li ma jkollhomx bejt ikunu jistgħu ukoll jinvestu fl-enerġija rinnovabbli.

Send this to a friend