Kyle Mifsud – Page 5 – One News

Kyle Mifsud

Kull klassi fl-iskejjel tal-Gvern għandha Alcohol Sanitizer

Matul il-ġimgħa li għaddiet tqassmu aktar minn 2,300 alcohol hand sanitizer fl-iskejjel tal-Gvern. Bis-saħħa ta’ din il-miżura ta’ prekawzjoni kull klassi fl-iskejjel statali issa għandha dan il-flixkun biex l-istudenti u l-għalliema jkunu jistgħu jżommu l-iġjene ta’ idejhom bil-għan li jevitaw tixrid ta’ mard. Aqra aktar

L-Air Malta ħassret it-titjiriet kollha lejn l-ajruport ta’ Milan b’mod immedjat

Il-linja Nazzjonali tal-ajru Air Malta ħassret it-titjiriet skedati kollha lejn l-ajruport ta’ Linate f’Milan b’mod immedjat għal perjodu indefinit. Dan sar bħala mezz ieħor ta’ prekawzjoni kontra l-firxa tal-Corona Virus f’pajjiżna.

Fi stqarrija maħruġa tard il-Ħadd filgħaxija l-Air Malta qalet li filwaqt li s-CDC u l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa għadhom mhux jissuġerixxu li jitwaqqfu t-titjiriet lejn Milan, l-Air Malta ħadet din id-deċiżjoni wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru u l-Ministru kkonċernat flimkien ma’ diversi aġenziji tal-Gvern. L-Air Malta qalet ukoll li s-siġurtá tal-passiġġieri, ekwipaġġ, l-impjegati tal-kumpanija huma l-ewwel prioritá tal-kumpanija.

L-istqarrija spjegat ukoll li dawk li ġew milquta minn din id-deċiżjoni se jkunu qed jiġu notifikati fis-sigħat li ġejjin.

Kelliema tal-ajruport li tkellmet mal-ġurnal The Times qalet li tul dan ix-xahar tħassru numru kbir ta’ titjiriet li kienu skedati minn u lejn l-Italja bil-lista ta’ titjiriet kkanċellati kompliet tikber ukoll għax-xahar ta’ April.

Minn għada kull persuna li tidħol f’ċentru tas-saħħa jew fl-emerġenza ser tiġi skrinjata

Minn għada, kull persuna li tidħol fiċ-ċentru tas-saħħa u fl-emerġenza se ssirilha screening biex mal-iċken dubju ma tiddaħalx fiċ-ċentru mal-pazjenti iżda tidħol f’kamra t’iżolament mal-ewwel. Dan żvelah id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt li kien qed jindirizza attivitá politika tal-Partit Laburista fir-Rabat.Aqra aktar

Send this to a friend