Kyle Mifsud – Page 4 – One News

Kyle Mifsud

X’kura qed jirċievu pazjenti bil-Coronavirus?

Ftit tal-minuti wara li tħabbar li fieq it-tieni pazjent mill-Coronavirus il-konsulent tal-mard infettiv Charles Mallia Azzopardi spjega li l-kura li qed tinagħta lill-pazjenti bħalissa hija waħda bażika jiġifieri dik li tniżżel id-deni u tnaqqas l-uġiegħ.

Spjega wkoll li f’ċerti każi ngħataw ukoll xi fluids biex iżommu lill-ġisem imdorri.

L-operazzjonijiet mhux urġenti se jitwaqqfu kollha min-nhar it-Tlieta

Se jitnaqqsu wkoll l-operazzjonijiet mhux urġenti biex jitħallew 60 sodda oħra li jistgħu jintuzaw għall-kura tal-pazjenti.

Qed jiġu liberati wkoll 80 sodda fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Id-Deputat Prim Ministru Fearne spjega li apparti d-domanda tal-isptar se tiżdied, se jiżdiedu wkoll is-soddod fl-ITU. Bħalissa l-ITU jesa’ 20 sodda imma tul dawn l-aħħar ġimgħat għandna 14-il sodda ġodda wara li tlestew żewġ ITUs oħra. Hemm ħmistax-il sodda oħra disponibbli ta’ kura kritika fis-CCU u CICU.

Ħa jaslu aktar ventilators oħra għall-ITU u pajjiżna għandu 49 ventilator ġdid. B’dan ix-xogħol se jkollna 100 sodda ta’ ITU. Spjega li per capita din hija l-ogħla rata ta’ soddod ta’ ITU fl-Ewropa.

Raġel arrestat wara omiċidju fil-Qawra

Raġel Niġerjan ġie arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ omiċidju li seħħ tard dan il-lejl fil-Qawra. Huwa ġie arrestat f’San Ġiljan.

F’dan il-każ, Niġerjan ta’ 37 sena inqatel wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina waqt argument ġewwa bar. Dan ġara għall-ħabta ta’ 00:00 fi Triq il-Ġifen fil-Qawra.

Aqra aktar

Pospost il-ħlas tal-kontijiet tat-taxxa dovuti f’Marzu u f’April għall-kumpaniji u s-self employed


Il-Gvern nieda sett ta’ miżuri bil-għan li jgħin l-aktar ażjendi milquta mill-Coronavirus.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-ewwel pakkett ta’ miżuri huwa mmirat għas-setturi milquta l-aktar, li se jibbenefikaw minn posponiment ta’ ħlasijiet tat-taxxi.

Il-Prim Ministru spjega: “B’effett immejdat qegħdin inħabbru posponiment tal-ħlas tal-kontijiet li jiġu dovuti fix-xahar ta’ Marzu u April tat-taxxi ta’ din is-sena tat-taxxi li se ikun qiegħed insemmi. Taxxa provisorja, VAT, kontribuzzjoni tal-ħlas tal-bolla u dan se jgħodd għal min iħaddem u għas-self employed.”

Spjega li dan il-perjodu ta’ posponiment ta’ ħlasijiet dovuti jista’ jiġi estiż jekk is-sitwazzjoni tkun għadha ma rritornatx għan-normal.

Dr Abela tenna li l-ewwel prioritá hija dik tas-saħħa tal-poplu madankollu fakkar li l-ekonomija hija importanti.

Huwa sostna: “Daqstant ieħor hija l-ekonomija ta’ pajiżna. L-ekonomija hija dik li tipproteġi l-impjiegi ta’ kull wieħed u waħda minnha. Is-saħħa hija priorità imma importanti wkoll huma l-impjiegi għax wieħed ikollu bżonn il-flus li wieħed irid jgħix bihom.”

Se tkun qed tingħata wkoll rifużjoni tal-ispejjeż lil dawk in-negozji li investew f’sistemi tat-teleworking. Spjega wkoll li l-Gvern se jkun qed jgħaġġel il-ħlasijiet dovuti minnu fosthom dawk tal-VAT.

ll-Prim Ministru saħaq: “Mingħajr dak is-surplus ma kienx ikun possibbli li nniedu dawn il-miżuri u konna ngħidu lill-poplu issa l-priorità hija s-saħħa imma mis-saħħa imbagħar irridu naraw in0negozji u ħaddiema x’se jagħmlu. Bis-saħħa tal-għaqal tal-Gvern tul dawn is-7 snin mhux ngħidu hekk, qed ngħidu l-impatt ekonomiku inevitabbli. Qed inkun fattwali l-impatt ekonomiku inevitabbli però l-finanzi tla-pajjż se jippermettu biex dan l-impatt intaffuh bl-aktar mod possibbli.”

Il-Ministru Edward Scicluna spjega li l-effetti fuq Malta se jkunu inqas minn dawk fuq pajjiżi oħra u qal li l-Gvern diġà alloka baġit sostanzjali għal din is-sitwazzjoni.

Il-Ministru Sicluna sostna: “Dan huwa l-bidu aħna għandna f’moħħna pakkett li jaqbeż il-mitt miljun ewro f’dak li huwa baġit biss biss għandek l-ispejjeż fuq saħħa li issa qed jammontaw bejn 11 u15-il miljun kiri ta’ sodod u affarijiet oħra. Aħna se nagħtu dak kollu li hemm bżonn lid-dipartiment tas-saħħa. Kull bżonn baġitarju biex is-saħħa tkun l-ewwel u qabel kollox.”

Il-Ministru Silvio Schembri spjega li dawn il-miżuri se jgħinu lill-kumpaniji milquta jkollhom aktar flus biex jaħdmu.

Il-Ministru Schembri qal: “Xtaqt nagħti ftit figuri biex nuri l-portata ta’ dawn il-miżuri. Kumpanija li tħallas €100,000 fix-xahar f’pagi mela din qabel kienet tagħti lill-Gvern €10,000 bolla u kienet tiġbor €10,000 bolla fuq il-ħaddiema tagħha. Kienet tiġbor ukoll 11-il elf taxxa fuq id-dħul. Dawn ix-xahrejn li ġejjin dawn il-€35,000 se tkun tistaż żżommhom għall-likwidità.”

Il-Prim Ministru appella għar-responsabilità f’din is-sitwazzjoni diffiċli u tenna l-appell tiegħu biex dejjem nimxu mad-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika.

Il-persuni jwieġbu l-helpline 111 żdiedu b’5 darbiet

Wara li tul dawn l-aħħar ftit jiem daħlu eluf kbar ta’ telefonati fuq il-helpline dwar il-Coronavirus 111 minn dalgħodu dawk li jwieġbu t-telefon żdiedu b’40 persuna.

Dan ikkonfermah id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kmieni l-Ġimgha filgħodu wara li fil-jum ta’ qabel spjega li dan is-servizz kien se jikber b’5 darbiet.

Membru tal-familja tat-tabib Malti tirriżulta pożittiv għall-Coronavirus

Membru tal-familja tat-tabib Malti li dalgħodu rriżulta pożittiv għall-Coronavirus, ġiet ukoll ikkonfermata li għandha l-COVID-19. Huma kienu flimkien waqt btala fid-Dolomiti, fin-naħa ta’ fuq tal-Italja. Għalhekk, bħal każijiet kollha preċedenti, dan il-każ ta’ Coronavirus huwa impurtat mill-Italja.

Il-mara se tinżamm fit-Taqsima tal-Mard Infettiv fl-Isptar Mater Dei. L-awtoritajiet tas-saħħa huma infurmati li minn mindu waslet lura Malta mill-btala l-mara ma marritx għax-xogħol. Ir-raġel li rriżulta fil-pożittiv filgħodu segwa wkoll kwarantina sakemm ittestja fil-pożittiv. Il-kundizzjoni tagħha hija waħda tajba.

Dan huwa s-seba’ każ ta’ Coronavirus f’pajjiżna u bħall-każijiet l-oħra kollha din il-persuna ġiet infettata fl-Italja u mhux f’Malta. Sa issa għadu ma kien hawn l-ebda trażmissjoni lokali ta’ dan il-virus.

Aktar kmieni matul il-jum f’konferenza tal-aħbarijiet il-Prim Ministru ħabbar aktar miżuri ta’ prekawzjoni fosthom it-twaqqif tat-titjiriet minn u lejn l-Italja, l-Ġermanja, Franza, l-Isvizzera u Spanja. Tħebbar ukoll li trid issir kwarantina mandatorja minn min ikun ġej minn dawn il-pajjiżi. Spjega li din il-kwarantina se tkun infurzata minn spezzjonijiet frekwenti tal-Pulizija u kull darba li l-persuna ma tinstabx id-dar jew fil-kamra tal-lukanda tagħha se tkun qed teħel multa ta’ €1,000.

Fi stqarrija maħruġa l-Erbgħa filgħaxija mill-Ministeru tas-Saħħa, l-Gvern baqa’ jappella għall-kalma u responsabbilità. Il-Gvern qed jieħu dawk il-miżuri kollha neċessarji biex jissalvagwardja is-saħħa tal-poplu Malti.

BIL-FILMAT: Spezzjonijiet fuq ajruplan tar-Ryan Air wara li żewġ persuni ħassewhom ma jifilħux

Persuna li niżlet Malta b’titjira minn Edinburgh fl-Iskozja ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza wara li ħassitha ma tiflaħx waqt it-titjira.

It-titjira ta’ Ryan Air FR 6695 niżlet fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta ftit qabel is-sagħtejn ta’  waranofsinhar.

Kelliema għall-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru qalet lil dan l-istazzjon li l-persuna li ddaħħlet l-isptar tbati minn kundizzjonijiet respiratorji, iżda peress li din il-persuna għaddiet minn Spanja, ttieħed swab test bħala prekawzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend