Kyle Mifsud – Page 3 – One News

Kyle Mifsud

Il-Gvern b’sejħa biex jinbena sptar ta’ 90 sodda fi 8 ġimgħat


Id-Dipartiment tas-Saħħa qed jagħmel sejħa ta’ kuntratt sabiex fi żmien tmien ġimgħat jinbena sptar ta’ 90 sodda oħra tal-kura intensiva ġdid fil-konfini tal-isptar Mater Dei.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi Carmen Ciantar spjegat li dan l-isptar hemm bżonnu bil-għan li tiżdied il-kapaċità tal-kura intensiva li għandu pajjiżna. Aqra aktar

ARA: Il-ħwienet li se jibqgħu magħluqin mit-Tnejn filgħodu

Wara li l-Ħadd waranofsinhar d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne flimkien mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbru tliet miżuri ġodda bil-għan li titnaqqas il-firxa tal-Coronavirus f’pajjiżna fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qiegħed jipprovdi iktar informazzjoni dwar id-deċiżjoni li ġiet imħabbra iktar kmieni llum għall-għeluq ta’ ħwienet li jbiegħu prodotti u servizzi meqjusa bħala mhux essenzjali.

Fuq l-ordni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, sa mit-23 ta’ Marzu fit-8am, l-għeluq tal-ħwienet kollha li n-negozju prinċipali tagħhom huwa marbut mal-bejgħ ta’:

– Ħwejjeġ
– Ilbies sportiv
– Ġojjellerija
– Hand bags u prodotti tal-ġilda
– Costume jewellery u aċċessorji
– Żraben
– Nuċċalijiet mingħajr preskrizzjoni
– Fwejjaħ
– Prodotti tal-isbuħija
– Ħwienet tal-ħjata
– Purtieri u tapezzerija
– Tagħmir domestiku
– Ħwienet tas-souvenirs
– Stabbilimenti li joffru skontijiet
– Ħwienet tal-bagalji
– Ħwienet tal-ġugarelli
– Ħwienet tal-passatempi
– Għamara
– Ħwienet tal-pjanti/fjuri u vaping shops, għandu jiġi osservat.

Din id-deċiżjoni tapplika għall-ħwienet imsemmija, kemm jekk qed joperaw minn shopping malls kif ukoll minn postijiet oħra.

Dawn il-ħwienet jistgħu xorta jbiegħu u jipprovdu servizzi ta’ delivery tal-prodotti tagħhom fil-komunita.

Kif imħabbar iktar kmieni llum, il-Gvern qed jitlob ukoll, b’effett mid-data u l-ħin imsemmija, l-għeluq tal-ħwienet li jipprovdu servizzi mhux essenzjali, iġifieri, parrukkiera, barbiera, ħwienet ta’ sbuħija, spas (postijiet ta’ rilassament), ħwienet tad-dwiefer u ħwienet tat-tpinġija.

Multi ta’ €3000 se jiġu imposti għal kull darba li jinkisru dawn il-miżuri ġodda.

Dawn id-deċiżjonijiet huwa neċessarji għall-istadju preżenti tal-Covid-19 f’Malta u mmirati li jissalvagwardjaw is-saħħa tal-pubbliku ġenerali.

Il-koperazzjoni hija fl-interess ta’ kulħadd.

“Illum festa pubblika, ibqa’ d-dar”- il-Pulizija

Kmieni l-Ħamis filgħodu permezz ta’ Facebook appella lill-pubbliku sabiex illum li taħbat festa pubblika ma joħroġx għalxejn u fejn jista’ jibqa’ d-dar. Fakkar li jekk kulħadd jagħmel il-parti tiegħu fil-ħidma kontra l-imxija tal-Coronavirus ikun qed jgħin sabiex inaqqas l-influss ta’ pazjenti fis-sistema tas-saħħa.

Filwaqt li rringrazzjaw lill-pubblika għall-koperazzjoni li qed isibu il-Korp tal-Pulizija rringrazzja wkoll lill-eluf ta’ pulizija, impjegati tas-saħħa u ħafna oħrajn li llum jinsabu xogħol sabiex iżommu lill-pubbliku sigur.

Ir-Regolatur tal-Bini jitlob biex jittieħdu passi kontra l-kuntrattur u l-perit ta’ sit f’San Ġiljan

L-Aġenzija tal-Bini (BCA) talbet lill-Pulizija sabiex tinvestiga lill-Perit u lill-iżviluppatur ta’ sit fi Triq Ivo Muscat Azzopardi f’San Ġiljan wara li dawn bdew ix-xogħol mingħajr ma ssotomettew id-dokumenti neċessarji. Fi stqarrija l-aġenzija qalet lill-Pulizija biex jibdew proċeduri kriminali wara li x-xogħol fuq dan is-sit mhux suppost beda.

L-Erbgħa waranofsinhar sfrundat parti mit-triq wara li kien qed isir xi xogħol ta’ skavar fuq dan is-sit. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Mil-lum infetaħ Dipartiment tal-Emerġenza ġdid- Chris Fearne

Mill-Erbgħa filgħaxija infetaħ dipartiment tal-emerġenza ġdid fl-Isptar Mater Dei. Dan ħabbru id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt il-programm Dissett fejn spjega li din l-emerġenza l-ġdida se tkun qed tintuża għall-każijiet li m’għandhomx sintomi tal-Coronavirus. Fl-istess waqt l-emerġenza l-antika se tibda tintuża biss għall-pazjenti li huma suspettati li jista’ jkollhom il-Coronavirus.Aqra aktar

Il-kartuna s-safra se tiġi mġedda b’6 xhur b’mod awtomatiku

Il-kartuna s-safra se tkun qed tiġi mġedda b’sitt xhur sabiex tiffaċilita lil dawk intitolati għall-mediċini b’xejn f’din is-sitwazzjoni tal-Coronavirus. L-ispiżjara se jkunu jistgħu jibqgħu jipprovdu l-mediċini fuq dokumenti li jkunu se jiskadu għal perjodu itwal ta’ sitt xhur. B’dan il-mod il-pazjent ma jkollux għalfejn imur għand il-konsulent tiegħu għall-firma. Din id-direzzjoni tgħodd ukoll għal dawk li jirċievu trattament li ma jkunx parti mill-formolarju tal-Gvern. Aqra aktar

Tal-linja qed jiġu ffumigati kuljum

Il-flotta tal-karozzi tal-linja qed jiġu ffumigati kuljum bil-għan li jitnaqqas ir-riskju ta’ tixrid tal-Coronavirus bejn in-nies. Miżura simili daħlet fis-seħħ ukoll fuq il-vapuri kollha tal-Gozo Channel li ta’ kull filgħaxija qegħdin ukoll jiġu sterelizzati. Aqra aktar

Send this to a friend