Kyle Mifsud

Min huma t-Talibani?

Sebgħa t’Ottubru tas-sena elfejn u waħda.

Il-President Amerikan George W. Bush ħabbar li kien għadu kif beda offensiva militari fl-Afganistan wara li l-grupp Iżlamiku tat-Taliban li kellu taħt idu t-tmexxija tal-Afgħanistan irrifjuta milli jikkopera mal-Amerikani wara l-attakki tal-ħdax ta’ Settembru. Aqra aktar

Inawgurata sistema li tistudja l-kurrenti tal-baħar

L-Università ta’ Malta permezz tal-Grupp tar-Riċerka tal-Oċejanografija Fiżika nieda sistemi ta’ radar ta’ frekwenza għolja li bihom se jkunu qed juru s-sitwazzjoni kurrenti tal-kurrenti fl-ibħra Maltin.

Qal, “Għenihom biex nibnu stazzjonijiet fil-portijiet biex nagħtu informazjzoni diretta u dan huwa l-qofol tal-proġett u d-data qed inwassluha l-ħin ħalli il-kaptan tal-port jaraha dak il-ħin. Ħdimna fuq affarijiet oħra bħal tixrid ta’ żejt.”Aqra aktar

Inġabru aktar minn 1,240 tunnellata ta’ skart mormi illegalment

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-ħaddiema mid-Dipartiment tat-Tindif ġabru aktar minn 1,240 tunnellata ta’ skart mormi illegalment f’siti miftuħa fil-gżejjer Maltin.

Matul il-ġurnata tal-Erbgħa ONE News segwa ħidma fl-akwati tal-Wied il-Ħemsija taħt l-Imdina fejn persuna rmiet numru ta’ vjaġġi ta’ terrapien ġewwa passaġġ rurali li jagħti għal nurmu ta’ għelieqi.

Aqra aktar

Il-PM jgħid li l-Gvern se jerfa’ r-responsabilità tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika

Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-Gvern se jerfa’ r-responsabilità tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru tkellem dwar ir-rapport tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u qal kif it-talba tiegħu biex ir-rapport ikun diskuss il-Ħamis filgħodu fil-Parlament, ġiet milqugħa.

Aqra aktar

Send this to a friend