Kimberley Portelli – Page 75 – One News

Kimberley Portelli

Notifiki

“Tul dawn l-erba’ snin in-Nofsinhar ta’ Malta reġa’ ħa r-ruħ”

“Tul dawn l-aħħar erba’ snin ta’ Gvern Laburista, in-Nofsinhar ta’ Malta reġa ħa r-ruħ.”

Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt il-programm Pjazza fi Pjazza minn taħt it-tinda fil-lokalità f’Birżebbuġa. Muscat beda d-diskors tiegħu billi fakkar fil-ħidma ta’ Gvern Laburista fin-naħa tan-Nofsinhar ta’ Malta fejn fosthom fil-lokalità ta’ Birżebbuġa f’dawn l-aħħar erba’ snin ngħalqu t-tankijiet taż-żejt, sar pitch, qed jinħoloq grawnd, tneħħa t-tniġġiż u bosta familji bħalissa qed igawdu mit-tneħħija taż-żjut tal- Heavy Fue Oil fid-Delimara.

Il-Prim Ministru spjega dwar kif “il-kaos li jista’ jkun hemm kemm-il darba ma noħorġux nivvutaw għall-Partit Laburista hu reali, dan ifisser li jerġgħu jirrenjaw l-istess persuni li ħolqu l-problemi. Min ħoloq il-problemi ftit li xejn se jsib solluzzjoni.”

Muscat sostna “għamilna l-pożizzjoni tagħna ċara li rridu li l-freeport jaħdem imma ma rriduhx li jibla lin-nies.” Spjega kif lil’hinn mill-punti kollha li jissemmew is-soltu, f’kull lokalità u f’kull familja wieħed se jsib affarijiet li jolqtu lil kull familja u kull lokalità b’mod partikolari.

Aqra aktar

Ara x’kellu xi jgħid Joseph Muscat fid-29 jum tal-kampanja elettorali

Fid-29 jum tal-kampanja l-Prim Ministru Joseph Muscat spjega kif f’dan il-jum “urejna iktar dettalji dwar il-pjan tagħna fir-rigward tal-futur ta’ dan il-pajjiż. Konna diġà wrejna kif il-pjan tagħna x’effett se jkollu fuq l-ekonomija u llum tajna aktar dettalji kemm jiswew il-proposti tagħna. Proposti li nafu minn fejn ġejjin il-flus, nafu li huma affordabbli u nafu li huma realistiċi.

Aqra aktar

“Kampanja negattiva ma trebbaħx elezzjoni” – tfajla ta’ 17-il sena li biddlet fhemtha

“Qatt ma kont nobsor li se nasal għal din il-konklużjoni minħabba t-trawwim tat-twemmin politiku tiegħi u ta’ familti. Pero’ meta taqbad skala u tevalwaha, nemmen li kulħadd kapaċi jasal kif wasalt jien.” Hekk kitbet Lorna Mangion fuq il-profil tas-sit soċjali Facebook fejn esprimiet l-opinjoni tagħha, minkejja li għadha mhix eliġibbli li tivvota.

Lorna Mangion hi tfajla ta’ 17-il sena fejn sa ftit tal-ġimgħat ilu, Lorna kienet tappoġġja lill-Partit Nazzjonalista. Tant li fl-1 ta’ Mejju, dakinhar li tħabbret l-elezzjoni, kienet bilqiegħeda wara l-Kap tal-Oppożizzjoni u saħansitra marret ukoll għall-ewwel mass meeting tal-PN f’Ħal Balzan (fir-ritratt).

Lorna Mangion qalet “Ħafna jafu jieħdu l-idea ħażina tiegħi, pero ma flaħtx ma nesprimix l-opinjoni tiegħi għalkemm minix eleġibbli li nivvota u li dawn is-17-il sena dejjem ħaddant twemmin partikolari.”

Aqra aktar

Chris Cardona jispjega kif f’erba’ snin inbidlet ir-rotta ta’ pajjiżna

Waqt il-programm Arena taħt it-tinda f’Ħad-Dingli, id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona innota li l-fatt li meta jkollok riżultati ekonomiċi, in-nies m’għadhomx ikunu sorpriżi.

Minkejja li erba’ snin ilu l-poplu kien dera jisma’ sena wara oħra li hemm l-inkwiet u li t-tkabbir ekonomiku mhux qed jirranka, dan kollu kien indera. Kien grazzi għat-tmexxija tal-Gvern ta’ Joseph Muscat li f’erba’ snin inbidlet ir-rotta. Filwaqt li qabel konna f’sitwazzjoni ta’ dejn li dejjem jikber, issa ninsabu b’ċertifikati pożittivi li xahar wara ieħor u sena wara oħra, il-pajjiż dejjem qed imur għall-aħjar.

Cardona semma kif l-istatistika li ħarġet illum turi kif fl-ewwel xhur tal-2017 il-Fond Konsolidat irreġistra surplus ta’ €21 miljun; l-aqwa surplus illi qatt ġie rreġistrat mill-Fond Konsolidat għal dan il-perjodu f’pajjżna

Id-Deputat Mexxej tal-PL spjega li dan il-Gvern huwa wieħed mill-aktar Gvernijiet li rnexxielu jattira investiment dirett barrani, minkejja li l-Prim Ministru ġie mgħajjar. Dan għax Joseph Muscat hu Prim Ministru li jgħid ftit iżda jwettaq ħafna. Spjega li l-konsm lokali, ġifieri dak li jonfqu l-familji, qed juri riżultati tajbin ħafna, għax in-nies issa għandhom iktar flus fil-but.

Aqra aktar

Send this to a friend