Kimberley Portelli

Inkwiet fl-elezzjonijiet għall-partiti ta’ Macron u Le Pen

Fi Franza sar it-tieni rawnd t’elezzjonijiet reġjonali, bil-partit tal-lemin estrem li hu mmexxi minn Marine Le Pen falla milli jirbaħ il-maġġoranza f’uħud mir-reġjuni.

Anke l-partit ċentrali immexxi mill-President attwali Emmanuel Macron sofra minn riżultat ħżiena.

Le Pen kellha t-tama li tirbaħ wieħed mir-reġjuni meqjusa importanti għall-ewwel darba, fi sforz biex iżżid il-possibilità li tirbaħ l-elezzjoni presidenzjali li se ssir is-sena d-dieħla.

Ritratt: EPA/Reuters

Send this to a friend