Kelly Peplow

Notifiki

L-UE b’passi kontra r-Renju Unit wara kontrolli mal-fruntiera tal-Irlanda ta’ Fuq

Qed ikun irrapportat li l-Unjoni Ewropea se tieħu passi legali fil-konfront tar-Renju Unit dwar allegat ksur tal-protokoll dwar l-Irlanda ta’ Fuq, wara li feġġew rapporti ta’ kontrolli mal-fruntieri tal-pajjiż. Dan anke wara li kien hemm ftehim ċar bejn iż-żewġ partijiet li wara Brexit mhu se jkun hemm l-ebda xkiel fil-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u r-Renju Unit.Aqra aktar

Fiequ 259 persuna mill-Covid-19 u feġġew 329 każ

Fl-aħħar sigħat fiequ 259 persuna mill-Coronavirus, u feġġew 329 każ minn fost 3,779 test li saru fl-aħħar 24 siegħa. S’issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 746,422 test.Aqra aktar

Internet u kompjuters b’xejn għal studenti li għandhom bżonn

Il-Gvern għaddej b’ħidma biex jingħata servizz ta’ internet b’xejn lil studenti li għandhom bżonn, hekk kif minn nhar it-Tnejn li ġej se jingħalqu l-iskejjel u l-lezzjonijiet se jsiru b’mod virtwali. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni se jipprovdi wkoll kompjuters lil studenti li m’għandhomx, biex jużawhom sakemm l-iskejjel idumu magħluqa.Aqra aktar

Jitħabbru n-nominati għall-Premju għall-Arti 2021

Il-Premju għall-Arti għal din is-sena se jirrikonoxxi r-reżiljenza tal-qasam kreattiv, u l-mod kif xorta nħoloq xogħol tal-ogħla kwalità fi żmien pandemija.Aqra aktar

Send this to a friend