Kelly Peplow – Page 40 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

L-Arabja Sawdija twaħħal fl-Iran għall-attakk fuq it-tankers taż-żejt fil-Golf tal-Oman

L-Arabja Sawdija qed twaħħal fl-Iran għall-attakki riċenti fuq żewġ tankers taż-żejt fil-Golf tal-Oman. Il-Prinċep Mohammed bin Salman qal li pajjiżu mhux se jżomm lura milli jindirizza l-isfidi li mistenni jaffaċċja jekk kif it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi qed tikber.

Iż-żewġ tankers taż-żejt kienu attakkati l-Ħamis li għadda, xahar biss wara li erbgħa oħra spiċċaw fil-mira ta’ attakk ieħor ftit ‘il barra mill-kosta tal-Emirati Għarab Magħquda.

Il-Gvern Amerikan ukoll qed iwaħħal fl-Iran għal dan l-attakk, b’dan tal-aħħar kontinwament jiċħad dawn l-akkużi.

Il-kandidati għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv Ingliż f’argument jaħraq dwar Brexit

Il-kandidati għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv Ingliż ma qablu xejn dwar il-kwistjoni Brexit waqt wieħed mill-ewwel dibattiti politiċi tagħhom fuq it-televiżjoni.

Mistoqsija dwar il-possibbiltà ta’ ftehim ġdid mal-Unjoni Ewropea, is-sitt kandidati għall-kariga li tħalliet vojta minn Theresa May infexxew f’argument jaħraq, fejn saħansitra wħud minnhom qalu li negozji ġodda mal-Unjoni Ewropea kapaċi jkunu diżastrużi. Argumentaw ukoll dwar jekk għandux jagħlaq il-Parlament f’Westminster sal-wieħed u tletin ta’ Ottubru li ġej, jiġifieri Jum Brexit, bil-maġġoranza tal-kandidati preżenti jattakkaw din il-proposta. Rory Stewart, li huwa wkoll il-Ministru Ingliż għall-Iżvilupp Internazzjonali qal li kien inkwetanti ferm li MP jikkunsidra li waqqaf il-Parlament għal tul ta’ żmien, għaliex hekk, il-pajjiż ma jkunx qed jirrispetta d-demokrazija.Aqra aktar

Jintemm il-proċess Parlamentari biex titwaqqaf l-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex

L-abbozz tal-liġi biex titwaqqaf l-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex għadda mill-istadji kollha tal-Parlament hekk kif ingħalaq l-istadju tat-tielet qari. Permezz ta’ din l-Awtorità l-ġdida, se jissaħħaħ il-qafas istituzzjonali f’Għawdex fejn l-awtorità ser tassigura li Għawdex ikollu strateġija ta’ żvilupp reġjonali li tiġi riveduta biex il-qafas ekonomiku, soċjali u ambjentali ta’ Għawdex ikun kontinwament aġġornati għaċ-ċirkostanzi li jinbidlu u l-opportunitajiet li jinħolqu.

Fi stqarrija, l-Ministeru għal Għawdex qal li dan huwa pass importanti immens fl-iżvilupp reġjonali ta’ Għawdex li għandu jitqies bħala wieħed storiku.

Imħabbra regolamenti ġodda għat-twaqqigħ u l-iskavar – multi ħorox ħafna għal min jiksirhom

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern se jippubblika regolamenti ġodda għall-konsultazzjoni pubblika biex jirregolaw il-qasam partikolari fir-rigward tal-iskavar u twaqqigħ ta’ bini. Dan wara li nħarġu struzzjonijiet biex il-pemessi għal xogħlijiet kollha ta’ twaqqigħ u tħaffir f’siti ta’ kostruzzjoni fil-pajjiż jiġu sospiżi temporanjament.

Waqt laqgħa l-Ħamis waranofsinhar, il-Prim Ministru Muscat qal li f’każijiet fejn ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa jistgħu jkunu ta’ periklu, il-perit tal-proġett se jintalab li jagħmel sottomissjoni lill-awtorità kompetenti biex jekk jirriżulta li jkun hemm periklu jkun jista’ jibqa’ għaddej ix-xogħol. Dan se jkun fuq kwistjoni ta’ eċċezzjoni u mhux kwistjoni ta’ regola.Aqra aktar

Jason Azzopardi kontra d-deċiżjoni tal-Gvern li jissospendi l-permessi ta’ twaqqigħ u skavar

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ħareġ jattakka d-deċiżjoni tal-Gvern li jissospendi b’mod immedjat il-permessi għat-twaqqigħ u skavar. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar dan il-Ħamis wara li ġġarrfet binja fil-Gwardamangia, fejn b’xorti tajba ħadd ma’ weġġa’.

Id-deċiżjoni għaqlija tal-Gvern ma niżlet xejn tajjeb ma’ Azzopardi, tant, li fuq il-profil personali tiegħu ta’ Facebook, iddeskriva d-deċiżjoni tal-Gvern bħala ‘azzjoni popolista’.

L-MDA tgħid li se tappoġġja kull azzjoni li jieħu l-Gvern dwar xogħlijiet ta’ skavar

L-Assoċċjazzjoni għall-Iżviluppaturi Maltin qalet li se tappoġġja kull azjoni li jieħu l-Gvern dwar xogħlijiet ta’ skavar. Dan b’reazzjoni għat-tiġrif tal-binja fil-Ħamrun aktar kmieni l-Ħamis.

Fi stqarrija, l-MDA ingħaqdet ma’ diversi membri mill-pubbliku u appellat biex tittieħed azzjoni urġenti dwar din il-kwistjoni. Hija żiedet tappella biex l-awtoritajiet iwaqqfu Steering Committee biex ikunu mfassal regoli dwar siti ta’ kostruzzjoni. Dawn ir-regoli jorbtu lil dak li jkun biex jinvestiga dwar l-istabbiltà tal-binjiet u jfassal modi ta’ kif dawn jistgħu jkunu protetti.

L-Assoċċjazzjoni tal-Ħaddiema Għawdxin tfaħħar il-wasla tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel

L-Assoċċjazzjoni tal-Ħaddiema Għawdxin, l-AGEM, faħħret ir-raba’ vapur tal-Gozo Channel kif ukoll tal-għotja lil residenti Għawdxin li jaħdmu Malta li se jkopru ċertu spejjeż li l-ħaddiema nefqu fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena.

Fi stqarrija, l-AGEM żiedet tispjega kif mill-bidu ta’ Lulju, ħaddiema Għawdxin mistennija jirċievu informazzjoni dwar kif huma jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema.

L-applikazzjoni għal dan il-benefiċċju mill-Gvern se tkun disponibbli bejn l-1 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu li ġej, bis-sussidju jkopri l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena.

Dwar il-wasla tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel, l-AGEM qalet li dan se jsaħħaħ il-konnettività bejn Malta u Għawdex. Dan minkejja li l-Oppożizzjoni, primarjament id-Deputat Għawdxi Chris Said, maqdar il-wasla ta’ dan ir-raba’ vapur.

Ryan Air twaqqaf uffiċjalment il-Malta Air bil-għan li ġġib aktar turisti lejn Malta

Twaqqfet uffiċjalment il-linja tal-ajru Malta Air, fergħa tal-akbar linja tal-ajru fl-Ewropa, ir-Ryanair, li se tkun ibbażata f’Malta. Il-Malta Air se topera b’sitt ajruplani fil-flotta Maltija ta’ Ryanair u fi żmien tliet snin għandha l-għan li tirduppjahom.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja li matulha ġie ssiġġilat il-ftehim bejn il-Gvern u r-Ryan Air fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, ingħad li t-tkabbir tal-flotta se jsir b’investiment ta’ €600 miljun. Fl-istess ħin, Ryanair se ġġib f’Malta mal-200 ħaddiem, u toħloq 350 impjieg ġdid fis-settur tal-avjazzjoni.Aqra aktar

Send this to a friend