Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson eskluda kompletament li jkun hemm estensjoni oħra tal-perjodu li fih kellu jintlaħaq ftehim dwar il-kummerċ bejn pajjiżu u l-Unjoni Ewropea wara Brexit. Il-perjodu tranżitorju għandu jintemm fl-aħħar ta’ din is-sena, iżda n-nuqqas ta’ qbil wassal għal xnigħat li l-perjodu ta’ transizzjoni seta’ jiġi estiż sal-bidu tal-2021.Aqra aktar
Bejn l-2015 u din is-sena, id-Dipartiment tad-Dwana investiga 128 każ ta’ moviment illeċitu ta’ flus kontanti, u rnexxielu jeleva aktar minn €2.7 miljun.Aqra aktar
Il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia ma għandha l-ebda oġġezzjoni u ġiet rappurtata li qed tappoġġja lill-Imħallef Abigail Lofaro wara li sar magħruf li żewġha kien involut f’xiri ta’ proprjetà li fiha kien hemm involut anki Yorgen Fenech.Aqra aktar
Il-Qorti għall-Arbitrar tal-isport fl-Iżvizzera naqset is-sentenza tar-Russja biex din ma titħalliex tikkompeti fl-Olimpjadi u fit-Tazza tad-Dinja bin-nofs.Aqra aktar
Id-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti mistenni jiftaħ akkużi ġodda kontra individwu b’rabta mal-każ ta’ splużjoni li ġarrfet ajruplan tal-linja Pan Am fuq il-belt Skoċċiża Lockerbie.Aqra aktar
Qorti f’Pariġi sabet lil 14-il persuna ħatja li kienu involuti fl-attakki mdemmija fuq l-uffiċini tar-rivista satirika Charlie Hebdo ħames snin ilu.Aqra aktar
Aktar minn 200 student tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija, l-MCAST, se jipparteċipaw f’EXPO virtwali ta’ jumejn dwar ir-riċerka rilevanti għall-industrija. Dan anke hekk kif il-Kulleġġ qed jipprepara ukoll biex iniedi l-ewwel programm ta’ dottorat professjonali.
Tul dawn il-jumejn mistennija jiġu ppreżentati l-proġetti ta’ 40 student u 96 riċerkatur mis-sitt istituti tal-Kulleġġ.
Il-Ministru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici, li fetaħ il-konferenza, qal li dan se juri x-xogħol sinifikanti ta’ riċerka u innovazzjoni li qed isir minn riċerkaturi tal-MCAST. Hawn żied jgħid li l-kulleġġ jinsab fuq quddiem fl-innovazzjoni, u kien wieħed mill-ewwel istituzzjonijiet li nieda l-Istrateġija dwar l-Intelliġenza Artifiċjali.
Spettaklu varjat u mżewwaq bl-aqwa talenti lokali u internazzjonali se jsellem lill-2020 u jagħti merħba lis-sena l-ġdida fil-Belt Valletta. Il-Valletta National New Year’s Eve 2021 Variety Show din id-darba se jixxandar b’mod dirett fuq tliet stazzjonijiet televiżivi ewlenin, inkluż l-istazzjon ONE, u se jieħu post l-avvenimenti tal-massa li s-soltu kienu jsiru fil-Belt lejliet l-Ewwel tas-Sena.
F’konferenza tal-aħbarijiet, iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt, Jason Micallef spjega li l-Palace String Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Ryan Paul Abela se żżommilna kumpanija tul is-serata, grazzi wkoll għal uħud mill-aqwa mużiċisti Maltin. L-atturi familjari li s-soltu jpaxxuna bis-satira ‘Min Imissu’ wkoll se jkollhom sehem fl-ispettaklu.
Is-semifinalisti ta’ Britain’s Got Talent l-Ember Trio se jkunu qed jesegwixxu f’postijiet ikoniċi tal-Belt Valletta, fosthom fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u l-Kummidjant famuż Ingliż Michael McIntyre se jagħti sehmu.
Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għat-tnaqqis fil-faqar juri kif fl-aħħar sitt snin il-Gvern implimenta 93 azzjoni u 496 miżura soċjali maħsuba biex itejbu l-qagħda soċjali ta’ min jinsab f’riskju ta’ faqar.
L-istess rapport juri wkoll kif id-dħul disponibbli għall-familji żdied b’€5,000, u mill-2013 ’l hawn, kien hawn 5,000 persuna anqas f’riskju ta’ faqar. Fl-istess ħin, żdiedu b’76,000 persuna dawk li mhumiex f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali.
Bejn l-2013 u l-2019 ukoll, dawk meqjusa bħala materjalment severament imċaħħda naqsu b’24,000.
Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ġustizzja Soċjali Mark Musù qal ukoll li kien hemm tnaqqis ta’ 6,000 tifel u tifla, jew 9.4% mir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, u tfal li mhumiex f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali żdiedu bi 11,000.
Fl-istess ħin, 8200 persuna m’għadhomx dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali, filwaqt li 85% minnhom baqgħu fid-dinja tax-xogħol, bil-benefiċċji li kienu jieħdu naqsu gradwalment.
Il-Ministru Michael Falzon fakkar ukoll li fil-budget għall-2021 hemm miżuri li jindirizzaw propju dan bħaż-żieda konsekuttiva fil-pensjonijiet, il-benefiċċju ta’ suppliment ta’ €150 addizzjonali fis-sena, u l-faċilità ta’ carer full-time.
“Il-verità hi dik li hi. Kull ekonomija għandha faxxa ta’ persuni li diffiċli jintlaħqu. Kemm hu importanti u kemm hu ta’ sodisfazzjon għalina hu li naraw li rnexxielna nġibu n-nies fil-faqar għal 18,000. Inħossuna kburin ukoll bil-miżuri tal-budget. Dan il-gvern jemmen fil-ġustizzja soċjali u fis-solidarjetà soċjali.”
L-Unjoni Ewropea ppubblikat il-pjan ta’ kontinġenza f’każ li ma jkun hemm l-ebda żblokk mar-Renju Unit dwar kif se jsir il-kummerċ wara Brexit. Fost l-oħrajn il-pjan se jassigura l-ivvjaġġar bażiku bl-ajru u fuq l-art bejn ir-Renju Unit u pajjiżi membri, kif ukoll il-possibbiltà li jkun hemm aċċess fl-ibħra taż-żewġ partijiet għas-sajd.