Kelly Peplow – Page 33 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Ir-Rigu tal-għana lura magħna bil-poeżija

Probabbli se tagħrfuh minn meta dari kien stilla tal-għana, ir-Rigu.

Illum, Roderick Bovingdon qed jiċċelebra kisba kemmxejn differenti. Wara għomru jinvesti l-imħabba tiegħu lejn il-kitba, partikolarment il-poeżija, issa ġabar kull poeżija li qatt kiteb fi ktieb wieħed, bl-isem Aporija. Kelma li konvinti li bħalna, ma smajtuhiex qabel… Aqra aktar

‘Inbaxxi rasi u nitlob skuża’- il-President Ġermaniż lill-Pollakki 80 sena wara l-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija

L-1 ta’ Settembru, 1939. L-ewwel bombi tal-Assi ħasdu l-belt ta’ Wielun fil-Polonja, biex b’hekk immarkaw il-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija. Kellhom ikunu sitt snin ta’ għaks, ġuħ, tiġrib, mewt, u mard. Sitt snin ta’ instabbiltà ekonomika u mibegħda li ħafna jazzardaw jgħidu li għadna nbatu l-konsegwenzi tagħhom sal-lum. Aqra aktar

Saħħa, Xana- bint l-eks maniġer ta’ Barċellona titlef il-battalja mal-kanċer

Xana Enrique, bint l-eks maniġer ta’ Barċellona Luis Enrique tilfet il-battalja mal-kanċer fl-età ta’ disa’ snin. Enrique kkonferma l-mewt ta’ bintu l-Ħamis waranofsinhar wara ġlieda ta’ madwar ħames xhur mal-kanċer fl-għadam. Fuq il-profil tiegħu ta’ Twitter il-missier qal li se jinħass nuqqas kbir fid-dar tal-familja Enrique, u jittama biss li fil-futur xi darba jerġa’ jkollu ċans iħaddan lil bintu miegħu. Aqra aktar

Boris Johnson b’wegħda friska għal ftehim dwar Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson wiegħed li se jagħmel l-aħjar li jista’ biex jikseb ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar Brexit sal-31 ta’ Ottubru li ġej. Dan sigħat wara li deċiżjoni tiegħu li jissospendi l-Parlament Ingliż ix-xahar id-dieħel xprunat rabja kbira f’pajjiżu, tant li saret petizzjoni li fi ftit sigħat ġabret mal-miljun firma. Aqra aktar

Attività sportiva għat-tfal bħala alternattiva għall-vizzju tal-logħob

Il-btajjel tas-sajf mhux biss huma żmien ta’ mistrieħ, iżda żmien ta’ riskju li tfal jew żgħażagħ li jsibu ruħhom b’ħafna ħin liberu jintrikbu minn xi vizzju.

Konxja ta’ dan, il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli flimkien maż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini reġgħu organizzaw l-attività ‘Logħob għal Kulħadd’, biex il-pubbliku jagħraf alternattivi oħra u jkun aktar konxju tar-riskji u l-perikli li jġib miegħu il-vizzju tal-logħob tal-azzard. Aqra aktar

Il-Berġa tas-saħħa f’Tas-Sliema tingħata lura lir-residenti- se tibda toffri wkoll servizzi ta’ saħħa mentali

Kienet inawgurata mill-ġdid il-berġa tas-saħħa f’Tas-Sliema wara li fl-aħħar ġimgħat sarilha xogħol ta’ tisbiħ u rinovar.

Il-berġa ta’ Tas-Sliema hija biss waħda minn kullana ta’ ċentri oħra tas-saħħa f’komunitajiet differenti li dan l-aħħar sarulhom xogħol ta’ tkabbir, rinovar u tisbiħ.

Aqra aktar

Send this to a friend