Kelly Peplow – Page 32 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Attività sportiva għat-tfal bħala alternattiva għall-vizzju tal-logħob

Il-btajjel tas-sajf mhux biss huma żmien ta’ mistrieħ, iżda żmien ta’ riskju li tfal jew żgħażagħ li jsibu ruħhom b’ħafna ħin liberu jintrikbu minn xi vizzju.

Konxja ta’ dan, il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli flimkien maż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini reġgħu organizzaw l-attività ‘Logħob għal Kulħadd’, biex il-pubbliku jagħraf alternattivi oħra u jkun aktar konxju tar-riskji u l-perikli li jġib miegħu il-vizzju tal-logħob tal-azzard. Aqra aktar

Il-Berġa tas-saħħa f’Tas-Sliema tingħata lura lir-residenti- se tibda toffri wkoll servizzi ta’ saħħa mentali

Kienet inawgurata mill-ġdid il-berġa tas-saħħa f’Tas-Sliema wara li fl-aħħar ġimgħat sarilha xogħol ta’ tisbiħ u rinovar.

Il-berġa ta’ Tas-Sliema hija biss waħda minn kullana ta’ ċentri oħra tas-saħħa f’komunitajiet differenti li dan l-aħħar sarulhom xogħol ta’ tkabbir, rinovar u tisbiħ.

Aqra aktar

Pompeo jfaħħarhom wara li Trump ma riedx jaf aktar

Is-Segretarju tal-Istat għall-Istati Uniti Mike Pompeo kellu kliem ta’ tifħir għall-Gvern Daniż minkejja t-tensjoni li ġab b’idejh il-President tiegħu mal-pajjiż wara li qal li jrid jixtri Greenland, gżira ġeografikament kruċjali u magħrufa għall-minerali naturali li tħaddan, li taqa’ fit-territorju Daniż.Aqra aktar

Illum ser jittieħed vot ta’ fiduċja fil-Gvern ta’ Conte

Illum se jittieħed vot ta’ fiduċja fil-Gvern Taljan ta’ Giuseppe Conte, skont kif kien ġie deċiż mis-Senat Taljan xi jiem ilu. Dan minkejja li diversi partiti ewlenin fl-Italja, fosthom il-Forza Italia u l-Fratelli d’Italia, riedu li l-vot jittieħed aktar kmieni.

Il-Partit Demokratiku u ċ-Cinque Stelle fost l-oħrajn kienu vvotaw kontra dan għaliex il-pjan tal-Ministru Matteo Salvini għal koalizzjoni falla. Salvini kien qal ukoll li l-Italja għandha bżonn elezzjonijiet friski malajr kemm jista jkun.

Hu argumenta li l-kriżi politika m’għandix twassal għal gvernijiet strambi u nsista li llum se jkun sfiduċjat.

Salvini qal li ħafna nies qed jitolbuh biex ma jkunx hemm logħob ta’ poter jew gvernijiet teknokratiċi. Spjega li l-aħjar mod biex dan isir u jkun b’mod demokratiku, trasparenti u dirett huwa li jkollok l-elezzjonijiet.

Send this to a friend