Kumpaniji u periti qed jikkompetu bejniethom biex ikunu huma li jiddisinnjaw u jmexxu r-rinovar ta’ għadd ta’ binjiet tal-Gvern li tħallew għal snin twal fi stat t’abbandun.
Waħda mid-djar li kienet għall-kompetizzjoni fl-2019 kienet Dar Tereża f’Bormla, waħda minn sensiela ta’ binjiet abbandunati li l-gvern kien identifika għar-rinovar, biex eventwalment jintużaw minn persuni vulnerabbli.
Dar Tereża ġiet estiża biex tkun tista’ tilqa’ fiha nisa li jkollhom bżonn kura għas-saħħa mentali, mingħajr ma jinfirdu ma’ wliedhom.Aqra aktar