Kelly Peplow – Page 27 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

BIL-FILMAT:‘M’għandix problema nixhed għax m’għandix x’naħbi’ – il-PM

M’għandi ebda problema li nixhed fi kwalunkwe każ, għaliex m’għandix x’naħbi. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien qed iwieġeb dwar rapporti li mistenni jkun imsejjaħ jixhed fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Prim Minsitru qal dan waqt li kien qed iwieġeb domandi tal-ġurnalisti fi tmiem żjara waqt il-Fresher’s Week fil-kampus tal-MCAST f’Raħal Ġdid. Mistoqsi jekk hux mgħarraf dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia, il-Prim Ministru Muscat kien ċar, li fejn l-awtoritajiet iħossu li għandu jkun mgħarraf dwar xi progress fil-każ, jgħarrfuh huma. Aqra aktar

Jitnieda l-‘Birgu Fest’ 2019


Is-Sibt li ġej il-belt storika tal-Birgu se terġa’ tiddawwal biss bix-xemgħat flok l-elettriku waqt edizzjoni oħra tal-Birgu Fest, avveniment kulturali li joħroġ fid-deher is-sbuħija u l-istorja ta’ waħda mill-ibliet storiċi Maltin. Aqra aktar

Joqtol erba’ uffiċjali tal-Pulizija barra d-depot f’Pariġi

Aggressur inqatel b’tiri minn arma tan-nar wara li attakka u  qatel erba’ uffiċjali tal-pulizija b’sikkina barra l-kwartieri ġenerali fiċ-ċentru ta’ Pariġi. Jidher li l-aggressur, li allegatament kien impjegat tad-diviżjoni tal-intelliġenza tal-pulizija Franċiża għal 20 sena, daħal fl-uffiċċju tiegħu u ħebb għall-kollegi tiegħu b’sikkina. Il-Pulizija eventwalment sparat tiri fuq l-aggressur u qatlitu.

Bosta persuni li dak il-ħin kienu fil-viċinanzi kellhom jingħataw il-kura fuq il-post. Il-President Emmanuel Macron, il-Prim Ministru Edouard Phillipe u l-Ministru Christophe Castaner ilkoll kienu preżenti fuq il-post. L-inħawi magħrufa bħala île de la Cité, ftit ‘il bogħod mill-katidral ta’ Notre Dame, ingħalqu għall-pubbliku.

Dan l-attakk seħħ jum biss wara li l-Pulizija Franċiża mexxiet strajk madwar il-pajjiż kontra l-vjolenza fil-konfront ta’ uffiċjali tal-pulizija fost l-oħrajn.

Test fuq armi nukleari ġodda

Il-Korea ta’ Fuq ikkonfermat li ħadmet missila nukleari ġodda b’aktar reqqa minn testijiet li saru minn Mejju s’issa. Il-missila li ntużat fl-aħħar ħin mill-pajjiż kienet il-ħdax il-test nukleari ta’ din is-sena. Din tmexxiet minn sottomarin li dak il-ħin kien ftit ‘il barra mill-kosta Koreana. Aqra aktar

Send this to a friend