Kelly Peplow – Page 26 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Malta b’rata ta’ tkabbir tliet darbiet ikbar mill-medja Ewropea

Fl-ewwel tliet kwarti tal-2019 ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku laħqet l-4.7%. F’kull kwart ta’ din is-sena, pajjiżna kellu t-tieni l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-Unjoni Ewropea u dan it-tkabbir f’Malta kien aktar minn tliet darbiet ikbar mill-medja Ewropea.

Fi stqarrija l-Gvern ta’ Malta spjega kif fattur ewlieni kienet iż-żieda qawwija fil-konsum privat li kien xprunat minn tkabbir sostanzjali fid-dħul tal-ħaddiema. Fil-fatt, fl-ewwel disa’ xhur tal-2019 il-pagi f’pajjiżna kienu €220 miljun ogħla milli kienu sena qabel, żieda ta’ 5.9%. Imqabbel mal-2012, il-pagi kienu biljun u nofs ewro aktar, iġifieri żieda ta’ 66%. Riżultat ta’ dan it-titjib sostanzjali fid-dħul, l-istatistika uffiċjali turi li l-konsum tal-familji żdied bi 3%, wara li tneħħi l-effett tal-għoli tal-ħajja.Aqra aktar

48 organizzazzjoni volontarja bbenefikaw minn ftehimiet soċjali mal-Gvern

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali organizza konferenza li għaliha attendew dawk l-għaqdiet kollha volontarji li jibbenefikaw minn ftehimiet soċjali mal-istess Ministeru.

B’kollox hemm 48 organizzazzjoni volontarja li jibbenefikaw minn dawn il-ftehimiet soċjali, bil-għan li jkollhom il-mezzi neċessarji sabiex jagħtu l-aqwa servizz lill-klijenti tagħhom. Dawn l-għaqdiet jgħinu nies vulnerabbli, ewlenija fosthom vittmi ta’ vjolenza domestika, abbuż ta’ droga, u tfal taħt ordni ta’ ħarsien soċjali fost oħrajn.Aqra aktar

Dik il-bidla bla merħba…

Niftakar li kelli dawk 15-il sena meta smajt l-isem ‘Joseph Muscat’ għall-ewwel darba. Kien l-2008, ftit wara telfa elettorali tant kerha li għadha tissemma sal-lum. Ġarrabna, iżda sibna rwieħna nħarsu lejn wiċċ ġdid. Ta’ tifla li kont dak iż-żmien ukoll ħassejtha stramba. Kont drajt nassoċja lit-tmexxija tal-Partit Laburista ma’ Alfred Sant, bħal ma issa drajna kollha kemm aħna nassoċjaw lil Joseph Muscat mat-tmexxija tal-partit u tal-pajjiż.

Illum qed inħoss, u ċerta li ħafna qed iħossu bħali, sensazzjoni simili ta’ dak li ħassejna f’nofs l-2008. Dik il-mewġa tal-bidla u dak kollu li dawn iż-żewġ fenomeni jġibu magħhom. Hemm ċertu bidliet li ngħaddu minnhom għaliex nagħżlu aħna. Nagħżlu li nibdlu l-impjieg, jew nibdlu d-dar fejn ngħixu, nibdlu l-istil tal-ħajja tagħna. Aqra aktar

Sebgħa kkundannati għall-mewt għall-assedju f’ħanut fil-Bangladesh li fih mietu 22 persuna

Seba’ militanti Iżlamisti ngħataw il-piena tal-mewt għall-involviment tagħhom f’attakk fuq kafetterija fil-Bangladesh li fih inqatlu 22 persuna, il-biċċa l-kbira tagħhom barranin. L-attakk seħħ f’Dhaka fl-2016 meta grupp ta’ ħamest irġiel żammu lil kull min kien preżenti fl-istabbiliment dak il-ħin ostaġġ. Tmien persuni kienu tressqu l-Qorti akkużati li ppjanaw l-attakk u pprovdu r-riżorsi biex dan jitwettqu.

Aqra aktar

13-il suldat Franċiż imut wara li ħabtu żewġ ħelikopters f’operazzjoni fil-Mali

13-il suldat Franċiż nqatlu meta żewġ ħelikopters ħabtu waqt operazzjoni kontra l-ġiħadisti fil-Mali. Dan ikkonfermah il-President Franċiz Emmanuel Macron li ddeskriva l-inċident tat-Tnejn bħala waħda mill-agħar telfiet għall-armata Franċiża. Macron ikkonferma wkoll li bħalissa għaddejja investigazzjoni dwar il-każ. Aqra aktar

Louis jixtri lil Tiffany

Id-ditta internazzjonali Louis Vouitton se tixtri d-ditta ta’ ġojjelli Tiffany & Co għal valur li jaqbeż is-16-il biljun dollaru. Dan wara li d-ditta tal-ġojjelli sofriet nuqqas ta’ bejgħ minn pajjiżi lil hinn mill-Istati Uniti. Aqra aktar

Send this to a friend