Kelly Peplow – Page 23 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Il-Kummissjoni Ewropea tpoġġi l-Baġit Malti għall-2020 fl-aqwa kategorija

Skrutinju li l-Kummissjoni Ewropea għamlet fuq il-pjan għall-baġit tal-elfejn u għoxrin wera kif is-seba’ baġit ta’ Gvern Laburista huwa konformi mar-rekwiżiti għas-sena d-dieħla.

Il-Ministeru għall-Finanzi nnota b’sodisfazzjon li l-aħħar baġit għal pajjiżna tpoġġa fl-aqwa kategorija possibbli flimkien ma’ tmien stati membri Ewropej oħra, fosthom il-Lussemburgu u l-Ġermanja.

Aqra aktar

Jibda t-tħaffir tal-mini ta’ Santa Luċija


L-Aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta bdiet it-tħaffir għal żewġ mini li se jinbnew taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija. Dan huwa investiment ta’ €20 miljun li l-Gvern qed jagħmel biex din ir-rotta ewlenija li twassal għal bosta lokalitajiet, tkun aktar effiċjenti. Aqra aktar

Anzjan ġarrab ġrieħi gravi f’hit and run fil-Fgura

Anzjan ta’ 73 sena li jgħix Ħal Tarxien ġarrab ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa tat-Tnejn filgħaxija fi Triq Hompesch, il-Fgura, meta l-anzjan ittajjar minn karozza waqt li dan kien qed jaqsam it-triq. Il-karozza li tajritu telqet minnufih minn fuq il-post.

Aqra aktar

Tingħata l-aħħar tislima lit-tliet pumpieri Taljani li tilfu ħajjithom fi splużjoni

Tul il-jum ingħatat l-aħħar tislima lit-tliet pumpiera Taljani li tilfu ħajjithom it-Tlieta fi splużjoni li seħħet f’binja fl-inħawi ta’ Turin, l-Italja. Hawnhekk spikkat id-dieqa kbira fost il-kollegi tagħhom li lkoll inġabru biex isellmu lil sħabhom, li jiem ilu tilfu ħajjithom bl-aktar mod traġiku waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Aqra aktar

Send this to a friend