Kelly Peplow – Page 22 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Grupp ta’ Maltin li kienu fi New Zealand jinsabu qawwijin u sħaħ wara li lbieraħ żbroffa vulkan fil-gżira ‘White Island’

Grupp ta’ Maltin li kienu New Zealand fl-aħħar jiem jinsabu qawwijin u sħaħ wara li żbroffa vulkan fil-gżira ‘White Island’ ilbieraħ. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Malta kkonferma mal-Kummissjonijiet Għolja ta’ Canberra u New Zealand li l-Maltin kollha li bħalissa huma fil-pajjiż huma f’post sigur. Il-Ministeru qed isegwi mill-qrib l-aħħar żviluppi b’rabta ma’ din it-traġedja biex ikun jista’ jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa. Aqra aktar

AĠĠORNATA: Ħadd ma jsalva wara li żbroffa vulkan fi New Zealand

Ħadd ma salva wara li żbroffa vulkan fi gżira magħrufa bħala ‘White Island’, ftit ‘il barra mit-Tramuntana ta’ New Zealand. Il-Pulzija kkonfermat li mal-ewwel kien stabbilit li ħames persuni tilfu ħajjithom kawża ta’ dan, in-numru mistenni jikber minħabba l-ammont kbir ta’ persuni u turisti li kienu fuq il-gżira fil-ħin li żbroffa l-vulkan. Aqra aktar

IL-Partit Laburista bl-istess appoġġ tal-Elezzjoni Ġenerali tal-2017

Minkejja ż-żmien diffiċli li għadda minnu l-Partit Laburista fl-aħħar ġimgħat, l-aħħar stħarriġ tal-fehma pubblika juri li l-Partit Laburista għadu jgwadi l-istess appoġġ li kellu fl-aħħar elezzjoni ġenerali li għaddiet.

L-istħarriġ li għamlet il-gazzetta MaltaToday u ppubblikat fil-ħarġa tal-lum, wera li d-distakk bejn iż-żewġ partit ewlenin  huwa ta’ 15.5 fil-mija tant li l-Partit Nazzjonalista jgawdi biss l-appoġġ ta’ 27.6% tal-elettorat Malti u Għawdxi, żieda ta’anqas minn punt perċentwali mill-aħħar stħarriġ indipendenti li għamlet il-gazzetta f’Novembru li għadda.Aqra aktar

Sħabu tal-klassi marru miegħu il-Qorti biex jarawh jiġi adottat

Tifel ta’ ħames snin mill-Istat Amerikan ta’ Michigan stieden lill-klassi kollha tiegħu biex ikunu miegħu fil-mument li l-Qorti tiddikjara li huwa uffiċalment ġie adottat.

Ritratt li nxtered fuq il-midja soċjali minn Kent Country Court seraq il-qlub madwar id-dinja, hekk kif juri liċ-ċkejknek Michael jistenna s-sentenza bil-ħerqa biswit il-ġenituri l-ġodda tiegħu. Warajhom, sħabu tal-klassi pronti pronti jagħtuh l-appoġġ.Aqra aktar

Aktar minn 493,000 passiġġier għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta f’Novembru biss

L-istaġun tax-xitwa jidher li se jkun wieħed bieżel għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hekk kif f’xahar wieħed biss ra żieda ta’ 8.7% fil-moviment tal-passiġġieri meta mqabell mal-istess xahar tal-2018.

Fi stqarrija, l-ajruport qal li f’Novembru għaddew b’kollox 493,201 passiġġier, grazzi għal żieda fl-attività tal-ajruplani u n-numru ta’ postijiet vakanti fuq it-titjiriet. Fl-istess ħin kien innutat li s-Suq Ingliż baqa’ l-aktar wieħed popolari, segwit minn dak Taljan, Ġermaniż, Franċiż u Spanjol. It-tmexxija tal-ajruport qalet ukoll li dan it-tkabbir huwa frott l-introduzzjoni ta’ destinazzjonijiet ġodda bħal Trieste u Santiago de Compostela. Aqra aktar

Malta b’rata ta’ tkabbir tliet darbiet ikbar mill-medja Ewropea

Fl-ewwel tliet kwarti tal-2019 ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku laħqet l-4.7%. F’kull kwart ta’ din is-sena, pajjiżna kellu t-tieni l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-Unjoni Ewropea u dan it-tkabbir f’Malta kien aktar minn tliet darbiet ikbar mill-medja Ewropea.

Fi stqarrija l-Gvern ta’ Malta spjega kif fattur ewlieni kienet iż-żieda qawwija fil-konsum privat li kien xprunat minn tkabbir sostanzjali fid-dħul tal-ħaddiema. Fil-fatt, fl-ewwel disa’ xhur tal-2019 il-pagi f’pajjiżna kienu €220 miljun ogħla milli kienu sena qabel, żieda ta’ 5.9%. Imqabbel mal-2012, il-pagi kienu biljun u nofs ewro aktar, iġifieri żieda ta’ 66%. Riżultat ta’ dan it-titjib sostanzjali fid-dħul, l-istatistika uffiċjali turi li l-konsum tal-familji żdied bi 3%, wara li tneħħi l-effett tal-għoli tal-ħajja.Aqra aktar

48 organizzazzjoni volontarja bbenefikaw minn ftehimiet soċjali mal-Gvern

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali organizza konferenza li għaliha attendew dawk l-għaqdiet kollha volontarji li jibbenefikaw minn ftehimiet soċjali mal-istess Ministeru.

B’kollox hemm 48 organizzazzjoni volontarja li jibbenefikaw minn dawn il-ftehimiet soċjali, bil-għan li jkollhom il-mezzi neċessarji sabiex jagħtu l-aqwa servizz lill-klijenti tagħhom. Dawn l-għaqdiet jgħinu nies vulnerabbli, ewlenija fosthom vittmi ta’ vjolenza domestika, abbuż ta’ droga, u tfal taħt ordni ta’ ħarsien soċjali fost oħrajn.Aqra aktar

Dik il-bidla bla merħba…

Niftakar li kelli dawk 15-il sena meta smajt l-isem ‘Joseph Muscat’ għall-ewwel darba. Kien l-2008, ftit wara telfa elettorali tant kerha li għadha tissemma sal-lum. Ġarrabna, iżda sibna rwieħna nħarsu lejn wiċċ ġdid. Ta’ tifla li kont dak iż-żmien ukoll ħassejtha stramba. Kont drajt nassoċja lit-tmexxija tal-Partit Laburista ma’ Alfred Sant, bħal ma issa drajna kollha kemm aħna nassoċjaw lil Joseph Muscat mat-tmexxija tal-partit u tal-pajjiż.

Illum qed inħoss, u ċerta li ħafna qed iħossu bħali, sensazzjoni simili ta’ dak li ħassejna f’nofs l-2008. Dik il-mewġa tal-bidla u dak kollu li dawn iż-żewġ fenomeni jġibu magħhom. Hemm ċertu bidliet li ngħaddu minnhom għaliex nagħżlu aħna. Nagħżlu li nibdlu l-impjieg, jew nibdlu d-dar fejn ngħixu, nibdlu l-istil tal-ħajja tagħna. Aqra aktar

Send this to a friend