Kelly Peplow – Page 21 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Jinstabu 39 katavru fi trakk f’Essex

39 katavru nstabu moħbija f’vann ftit ‘il barra min-Naħa t’Isfel ta’ Londra. Il-vann instab mill-Pulizija f’żona industrijali f’Essex, u kien qed jinstaq minn Irlandiż ta’ 25 sena. Dan ġie arrestat mill-Pulizija fuq il-post fuq suspettat ta’ qtil.

Aqra aktar

Gvern b’minoranza għal Trudeau

Il-Partit Liberali Kanadiż immexxi minn Justin Trudeau se jżomm f’idejh it-tmexxija tal-pajjiż, iżda minħabba distakk elettorali pjuttost żgħir bejn iż-żewġ partiti ewlenin, il-Prim Ministru elett se jkun kostrett jifforma Gvern b’minoranza. Aqra aktar

Sistema robotika tinġieb Malta biex tintuża waqt interventi mediċi fl-isptar Mater Dei

Il-Gvern għaddej bl-aħħar preparamenti biex fil-jiem li ġejjin jimporta sistema robotika bl-isem daVinci Xi biex tibda’ tintuża mill-kirurgi waqt operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei. L-apparat se jkun esportat minn Milan fl-Italja wara li dan inxtara mill-kumpanija Taljana AB Medica. Dan grazzi għal investiment ta’ żewġ miljun u mitejn elf ewro.

L-apparat li se jinġieb Malta fih tliet partijiet separati. Wieħed li se jkollu aċċess għalih il-kirurgu li jmexxi l-operazzjoni, parti oħra li se tagħti stampa ċara ħafna permezz ta’ screen tal-intern tal-pazjent, u t-tielet parti tikkonsisti f’erba’ jdejn li se jgħinu lit-tobba jmexxu l-intervent.
Aqra aktar

Send this to a friend