Rapporti riċenti qed jgħidu li l-kundizzjoni medika tal-Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny qed tiggrava u qed jitlef is-sensazzjoni f’idejh u f’saqajh.Aqra aktar

Rapporti riċenti qed jgħidu li l-kundizzjoni medika tal-Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny qed tiggrava u qed jitlef is-sensazzjoni f’idejh u f’saqajh.Aqra aktar
Dsatax-il uffiċjal ndarbu waqt ir-rewwixti li saru l-Ħamis filgħaxija f’Belfast fl-Irlanda ta’ Fuq.
B’hekk it-total ta’ uffiċjali midruba tela għal 74 f’ġimgħa ta’ vjolenza.
Il-pulizija kienet kostretta li tuża l-kanuni tal-ilma biex tferrex lin-nies li ħadu sehem f’dawn ir-rewwixti sa mid-29 ta’ Marzu li għadda.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny se jibqa’ għaddej bl-istrajk tal-ġuħ fil-ħabs minkejja d-deni u s-sola li għandu. Kelliema għal Navalny ikkonfermaw dan fuq il-midja soċjali tiegħu stess, ġimgħa wara li Navalny beda l-istrajk.Aqra aktar
Fil-Brażil mietu aktar minn erbat elef persuna waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa, għall-ewwel darba mindu l-pajjiż inħakem mill-pandemija. Dan anke minħabba każijiet attivi tal-varjant tal-virus.Aqra aktar
L-Istat Amerikan ta’ Arkansas huwa l-ewwel wieħed fejn trattamenti mediċi għal persuni transgender li għandhom anqas min 18-il sena, issa huma illegali. Il-liġi tgħid ukoll li anke ċertu mediċini li jwaqqfu l-pubertà saru illegali.Aqra aktar
L-uffiċjal tal-Pulizija li qed jaffaċċja akkużi b’rabta mal-mewt ta’ George Floyd ma kienx imħarreġ biex juża irkopptu biex iżomm persuna waqt l-arrest. Dan ħareġ minn xhud fil-każ li bħalissa qed jinstema’ f’Minneapolis, fejn l-eks uffiċjal tal-Pulizija Derek Chauvin qed ikun akkużat bil-qtil tal-Afrikan Amerikan f’Mejju li għadda.Aqra aktar
Il-Pulizija fi Franza għaddejja b’investigazzjoni dwar allegat festini lussużi f’Pariġi, li lkoll jiksru l-liġijiet dwar il-COVID-19 li bħalissa hemm fis-seħħ.Aqra aktar
Kumpanija fit-Tajwan ħarġet apoloġija wara l-inċident fatali tal-Ġimgħa li għaddiet, fejn fiha minn tal-anqas 50 persuna mietu wara li vann daħal fil-binarji tal-ferrovija, u ħabat ma’ ferrovija.Aqra aktar
Il-Prim Ministru Robert Abela kellu messaġġ ċar ta’ kuraġġ għan-negozji ta’ pajjiżna, u esprima l-fehma tiegħu li n-negozji Maltin jitmexxew b’mod onest u li l-Gvern se jibqa’ jappoġġjahom.Aqra aktar
Il-Gvern talab il-parir tal-Kummissjoni Venezja dwar emenda legiżlattiva li hemm bżonn biex jibqa’ jissaħħaħ id-dritt ta’ smigħ xieraq kif imħares taħt il-Kostituzzjoni ta’ Malta, b’mod li jikkumplimenta wkoll l-istes dritt kif imħares taħt il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.Aqra aktar
Send this to a friend