Kelly Peplow – Page 19 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Anzjan ġarrab ġrieħi gravi f’hit and run fil-Fgura

Anzjan ta’ 73 sena li jgħix Ħal Tarxien ġarrab ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa tat-Tnejn filgħaxija fi Triq Hompesch, il-Fgura, meta l-anzjan ittajjar minn karozza waqt li dan kien qed jaqsam it-triq. Il-karozza li tajritu telqet minnufih minn fuq il-post.

Aqra aktar

Tingħata l-aħħar tislima lit-tliet pumpieri Taljani li tilfu ħajjithom fi splużjoni

Tul il-jum ingħatat l-aħħar tislima lit-tliet pumpiera Taljani li tilfu ħajjithom it-Tlieta fi splużjoni li seħħet f’binja fl-inħawi ta’ Turin, l-Italja. Hawnhekk spikkat id-dieqa kbira fost il-kollegi tagħhom li lkoll inġabru biex isellmu lil sħabhom, li jiem ilu tilfu ħajjithom bl-aktar mod traġiku waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Aqra aktar

“In-NATO spiċċat”- Emmanuel Macron

Il-President Franċiż Emmanuel Macron ħareġ jgħid li n-NATO ‘spiċċat’ hekk kif jidher li l-alleati transatlantiċi tagħha, primarjament l-Istati Uniti, qed jonqsu mill-impenji tagħhom fl-għaqda.
F’intervista mar-rivista internazzjonali ‘The Economist’, Macron issostanzja l-argument tiegħu billi qal li l-Istati Uniti lanqas biss ikkonsultaw man-NATO qabel ma rtirat il-forzi tagħha mis-Sirja. Aqra aktar

Il-Gvern bi spjegazzjoni ċara dwar l-aħħar ħatriet fuq il-bordijiet tal-MGA u l-MCA

B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-kelliema tal-Oppożizzjoni, il-Gvern jinnota li l-Oppożizzjoni lanqas biss taf x’inhi tgħid.

Stqarrija tal-Gvern qalet li ż-żewġ Chairpersons maħtura għall-bordijiet tal-MGA, l-Awtorità Maltija għall-Logħob, u MCA, l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni, huma ż-żewġ Kapijiet Eżekuttivi ta’ dawn l-awtoritajiet. Għalhekk huwa ovvja, u anke skont l-avviż legali dwar ħatriet ta’ dan it-tip, huma ġew maħtura hekk fuq bażi temporanja.Aqra aktar

Għawdex bħala l-gżira tal-innovazzjoni

Mhux biss magħruf bħala l-gżira tat-tliet għoljiet iżda issa anki bħala l-gżira tal-Innovazzjoni. Dan hekk kif lejlet l-inawgurazzjoni taċ-ċentru għall-innovazzjoni f’Għawdex saret l-ewwel konferenza dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fin-negozju.

F’dan l-istess ċentru sar l-indirizz tal-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona li qal li l-Gvern qed ikun pro-attiv biex jassigura li l-industriji jkunu lesti għall-użu tal-intelliġenza artifiċjali, li huwa l-pass li jmiss fl-iżvilupp tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Hawnhekk ħabbar ukoll li s-sena li għaddiet Malta Enterprise allokat €25 miljun fl-iskema MicroInvest biex aktar negozji jtejbu l-operat tagħhom. B’kollox 2,300 negozju bbenefikaw minn din l-iskema.Aqra aktar

Avukat Olandiż jissielet għal ħajtu wara li sparawlu minn karozza

Avukat qed isofri minn ġrieħi serji wara li ntlaqat minn tiri ta’ arma tan-nar qrib il-fruntiera Ġermaniża fl-Olanda l-Erbgħa filgħodu. L-isparatura seħħet meta l-avukat kien miexi fit-triq fl-inħawi, meta sewwieq f’karozza għaddiet minn ħdejh u sparalu bosta tiri. Huwa ttieħed l-isptar fejn ingħata l-kura għall-ġrieħi serji li ġarrab. Aqra aktar

FILMAT: Il-Maltija li qed tippromwovi s-sbuħija tal-Belt u l-Birgu mal-erbat irjieħ tad-dinja

one.com.mt qed ilaqqagħkom ma’ Rebecca Pace, is-sbejħa Maltija li lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar se tirrappreżenta lil Malta fil-konkors tas-sbuħija internazzjonali Miss Supranational. Dan kollu qed tagħmlu sitt snin biss wara li bdiet il-karriera tagħha fix-xena tal-moda u l-isbuħija.

Pace introduċiet ruħha mad-dinja permezz ta’ filmat mill-isbaħ tal-Belt Valletta u tal-Birgu, fejn apparti li tkellmet dwar il-ħajja tagħha fil-qasam, iddeskriviet lil pajjiżna bħala wieħed mill-aktar rikk fir-reġjun, li joffri storja mill-aktar interessanti u attrazzjonijiet varji.

Segwi l-filmat ta’ Rebecca:

Manchester United u Visit Malta b’avveniment waqt il-World Travel Market f’Londra

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi jinsab Londra flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, mal-Air Malta u ma’ uffiċjali mill-ministeru għall-fiera World Travel Market, li hi l-akbar fiera internazzjonali li tiġbor fiha stakeholders differenti tat-turiżmu minn madwar id-dinja.

Fuq l-istand imtella’ minn Visit Malta, ittellgħet attività flimkien ma’ Manchester United li għaliha attenda l-plejer leġġenda Wes Brown. Dan seħħ hekk kif f’Settembru li għadda l-Ministeru għat-Turiżmu u Visit Malta saru uffiċjalment Official Destination Partners ta’ Manchester United.Aqra aktar

Send this to a friend