Kelly Peplow – Page 184 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Tipprova bl-IVF wara 20 sena tixtieq issir omm

Fost il-koppji li s-sena li għaddiet daħlu għaċ-ċiklu tal- IVF, kien hemm waħda li ilha tipprovagħat-tfal għal għoxrin sena. Ir-rendikont li hemm r- rapport annwali tal-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Embrijuni għall-2015 juri kif iktar minn 40% ta’ koppji li użaw l-IVF kienu ilhom iktar minn sitt snin infertili.Aqra aktar

Aġir li kisser lill-Kunsilli Lokali

Il-Kunsilli Lokali f’Malta tkissru taħt Gvernijiet Nazzjonalisti. Dan huwa kliem is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo f’konferenza stampa fejn hu u l-Ministru Owen Bonnici rreaġixxew għall-fatt li Chris Said ma refax ir-responsabilità wara li kien imċanfar mill-Awditur Ġenerali għall-indħil fil-fondi tal-Kunsilli Lokali mill-2008 sal-2013.

Aqra aktar

Sengħa Maltija li tibqa’ apprezzata

Is-Sajf huwa żmien fejn mhux biss wieħed jerħilha lejn il-bajjiet iżda huwa wkoll żmien fejn l-irħula jkunu mżewqa bi statwi tal-patruni u figuri bibbliċi fi żmien il-festa rispettiva tagħhom. Il- festa ta’ San Ġużepp f’Ħal Kirkop din is-sena kellha erba’ protagonisti ġodda. Anġli li jirrappreżentaw karatteristiċi differenti tal-patrun maħdum apposta mill-iskultur Shaun Saliba.

Aqra aktar

Imħabbar proġett kbir għal Marsaxlokk

  • Investiment ta’ €6,000,000 fir-raħal tas-sajjieda

Tħabbru d-dettalji ta’ proġett ta’ riġenerazzjoni li mistenni jibdew ir-raħal pittoresk ta’ Marsaxlokk. Raħal li huwa marbut mas-sajd fil-Gżejjer Maltin u li jattira ħafna turisti lejh, mhux l-inqas turisti lokali.

Marsaxlokk, magħruf għad-diversi ristoranti li f’dawn iż-żminijiet tas-sajf jimtlew bil-familji, se jkun qed jieħu dehra isbaħ milli għandu. Biex hekk il-Gvern se jkun qiegħed jibdel post ieħor fin-nofsinhar ta’ Malta f’wieħed minn għadd kbir ta’ proġetti maħsuba li jiġġeneraw din iż-żona tal-pajjiż. Aqra aktar

Biex id-Dwejra tkun imħarsa

Is-Sit ikoniku tad-Dwejra f’Għawdex huwa wieħed li jaffaxxina t-turisti u l-Maltin, iżda huwa wkoll sit li dan l-aħħar qanqal xi ftit biża fost il-Maltin minħabba l-kwistjoni tal-blat tat-tieqa. Issa tħabbar Steering Committee ġdid apposta għal dan is-sit li se jħares kull aspett tal-inħawi.

Aqra aktar

Inqas għaġin u krakar, iktar irkuptejn b’saħħithom

Is-Saħħa f’pajjiżna sejra ‘l quddiem, iżda fi staġun fejn wieħed ifittex il-ġelati u l-krakar, importanti li ngħarrfu kif dawn jistgħu jaffettwaw is-saħħa. Dan għaliex it-tip tal-ikel li nieklu u x’tip ta żraben nagħżlu huma fatturi li ‘il quddiem jistgħu iwasslu f’intervent mediku maġġur.

Aqra aktar

“L-istudenti mhux se jkun fi żvantaġġ”

It-tagħlim mid-dar huwa wieħed mill-proposti tal-Att dwar l-Edukazzjoni u r-reazzjonijiet għall-idea ġdida għall-pajjiżna kienu mħallta. 

Iżda, il-konsulenta għall-Ministeru għall-Edukazzjoni, Salvina Muscat, saħqet li studenti li se jkunu qed jibbenefikaw minn servizzi ta’ home schooling mhux se jkunu fi żvantaġġ, filwaqt li dawk li jgħażlu dan it-tip ta’ servizz ikunu każi partikolari.  Aqra aktar

“Dejjem nimbuttaw biex isir iktar”

L-Edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-ħolqien tax-xogħol kienu t-temi ewlenin tas-sessjoni tat-Tnejn ta’ Gvern li jisma’. Sessjoni li rat il-parteċipazzjoni tal-Ministru Evarist Bartolo u is-Segretarju Parlamentari Chris Agius.

‘Dejjem nimbuttaw biex isir iktar milli sar’, kliem il-Ministru Evarist Bartolo waqt is-sessjoni ta’ Gvern Li Jisma tat- Tnejn filgħaxija fejn kien diskuss il-qasam edukattiv u d-diversi inizzjattivi li saru u li għad irid isiru min-naħa tal-Gvern.

Aqra aktar

Send this to a friend