Kelly Peplow – Page 178 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Armata waħda, karrieri differenti

72 rekluti ġodda sabu ruħhom fil-Forzi Armati ta’ Malta.

Iltaqajna ma’ erbgħa minnhom;  uħud jinsabu fi friegħi li l-pubbliku jassoċċja mal-ewwel ma’ karriera militari, u oħrajn f’oqsma li minkejja li jagħmlu ħafna xogħol, ħafna ma jobsrux li jagħmlu parti mill-qasam militari ta’ Malta.

Graziana Camilleri, per eżempju, għandha 29 sena u qiegħda twettaq xogħol relatat ma’ finanzi. Ryan Mallia jinsab fil-qasam tal-informatika u Carly Caruana tagħmel parti minn sezzjoni li  tħares is-sigurtà f’avvenimenti kbar. Umbagħad iltqajna ma’ Ryan Scicluna mis-sezzjoni li twettaq ħidma meta jkun hemm biża ta’ xi bomba.

Aqra aktar

Avvanzi mit-Turkija f’art Sirjana

Diversi tankijiet tal-Gwerra mit-Turkija qassmu l-fruntieri Sirjani wara sensiela ta’ bombi fl-inħawi fis-Sirja maħkuma mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku.

Sorsi militari kkonfermaw li 70 post li kienu mira fl-inħawi ta’ Jarablus tfarrku waqt 12-il attakk mill-ajru.  Ribelli Sirjani ukoll assistaw f’ dan fl-avvanz Tork. Il-President Erdogan qal li l-operazzjoni kienet immirata li teqred kemm ġellieda Kurdi kfi ukoll mill-Istat Iżlamiku.

Dan l-attakk isegwi ieħor fuq il-Kurdi Sirjani kmieni din Il-Ġimgħa biex jiwaqqfu milli dawn jaħkmu iktar inħawi tal-pajjiż. Fl-istess waqt, pulizija f’Istanbul bdew tfittxijiet intensivi biex jinqabdu persuni ssuspettati li jagħmlu parti mill-Istat Iżlamiku.

 

Sensiela ta’ rapporti favur Malta

Ir-Rapport tal-aġenzija Fitch jinsab fuq fomm kulħadd hekk kif iddikkjaraw li l-ekonomija lokali m’għadiex biss stabbli, imma ukoll pożittiv. Dan huwa l-iktar rapport riċenti minn  sensiela li lkoll innutaw kif l-istrateġija ekonomika attwali qed tħalli frott li qed igawdi minnu l-poplu.

Aqra aktar

Se tagħmel tattoo, tmur għand dentist, jew għall-fiżjoterapija? Attent!

Id-Direttorat tal-Istandards fis-Saħħa ippubblika l-ismijiet ta’ numru ta’ stabbilimenti li jaqgħtu taħt friegħi differenti tas-saħħa pubblika, li permezz ta’ proċess ta’ liċenzjar dak li jkun jista’ jserraħ moħħu li s-servizz li se jieħu huwa wieħed sigur u qed iħares il-liġi.

Issa uffiċċjali mid-Direttorat qed jappella lill-pubbliku biex jagħmel użu minn din il-lista biex ikun mgħarraf dwar fejn għandu jirrikorri għal servizzi ta’ tpinġija, fiżjoterapija u dentistrija fost oħrajn.

Aqra aktar

Il-każ ta’ Mansholt mhux magħluq

Il-Katavru tal-Ġermaniż Mike Mansholt, li nstab mejjet f’Ħad Dingli fl-aħħar ta’ Lulju, intbagħat lura għad-difna fil-Ġermanja, iżda l-awtoritajiet mhux qed iqisu l-każ bħala wieħed magħluq, hekk kif il-basket li l-ġuvni dejjem kien iġorr fuq persuntu, għadu ma nstabx.

Il-permess biex il-ġisem jittieħed lura f’pajjiżu ħareġ wara li stħarriġ ikkonferma li kien filfatt iż-żagħżugħ Ġermaniż li kien ilu rrappurtat nieqes madwar erbat ijiem waqt li kien fuq btala  f’pajjiżna.

Il-Katavru ntbagħt lura l-Ġermanja tul il-jum tal-Ħamis fejn fil-jiem li ġejjin mistenni jsir il-funeral u difna mill-familja tiegħu.Aqra aktar

Titħejja ‘app’ bir-regolamenti tat-triq

Il-kodiċi tar-regolamenti tat-toroq bħalissa qed jerġa tinkiteb b’ mod ‘l quddiem tkun tista jitpoġġa f’applikazzjoni għal fuq il-mobiles biex ikun aċċesibbli.

L-App kienet idea li nibtet mill-fatt li ħafna sewwieqa ma jibqgħux jirreferu għal dawn ir-regolamenti, u hekk jistgħu jagħmlu dan faċilment, filwaqt li ikunu aġġornati ukoll fuq is-sitwazzjoni preżenti fit-toroq.

Aqra aktar

Reazzjoni tajba għaċ-charter tal-pazjenti

Il-Konsultazzjoni pubblika dwar il-Patient Charter, li l-Gvern nieda f’April, kienet milqugħa b’mod tajjeb minn membri tal-pubbliku u għaqdiet mhux governattivi, li taw is-suġġerimenti waqt il-perjodu konsultattiv.
Dan il-perjodu għadu kif ġie fi tmiemu, bil-pass li jmiss ikun li tinġabar l-informazjoni kollha u jittieħdu l-passi meħtieġa skont l-interess u l-bżonnijiet tal-pubbliku. Tkellimna ma’ Patricia Galea, direttur tal-istandards fis-saħħa.

Aqra aktar

Festival letterarju b’diversi lingwi

Il-Forti sant’ Iermu għal darba oħra se jkun is-sit tal-festival internazzjonali tal-letteratura li se jħaddan awturi u poeti mnn pajjiżi differenti biex jesibixxu l-kitbiet tagħhom f’pajjiżna.

Dwar dan kellima wieħed mill-koordinaturi tal-festival, Adrian Grima, li spjegalna kif l-attrazzjoni ewlenija din is-sena hija fil-fatt il-preżenza ta’ ilsna differenti.

Aqra aktar

Iż-żgħażagħ Maltin l-iktar attivi onlajn

 

Il-Preżenza taż-żgħażagħ Maltin fuq siti elettroniċi kienet rikonoxxuta mill-Eurostat fi studju riċenti dwar l-aspetti tal-internet li jinvolvu ruħhom fih iż-żgħażagħ Ewropej. Jidher li l-Maltin l-iktar li jużaw l-internet biex jixtru, għas-siti soċjali bħal Facebook u Twitter, u biex isibu materjal edukattiv.Aqra aktar

Pellegrinaġġ bil-muturi għal Santa Marija

 

Fejn is-soltu fl-Imġarr naraw pelligrnaġġ għat-tfal bir-roti, issa l-adulti setgħu jipparteċipaw ukoll wara inizjattiva minn xi sewwieqa tal-muturi biex isuqu mill-Imġarr għal Ħad-Dingli, żewġ villaġġi marbutin ma’ Santa Marija. 

Aqra aktar

Send this to a friend