Kelly Peplow – Page 176 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Attentat rekord ta’ nar għal Santa Marija

 

Il-Mijiet li ta’ kull sena jżuru l-festa ta’ Santa Marija fil-Mosta se jaraw spettaklu kompletament ġdid nhar l-10 ta’ Awwissu bħala tentattiv li jinkiser rekord nazzjonali tal-ikbar struttura tan-nar f’pjazza pubblika. Spettaklu li żgur se jqanqal l-emozzjonijiet mhux biss tal-Mostin, iżda kull min hu dilettant tal-festi.

Aqra aktar

Tinstema’ l-karba tal-Għarusa tal-Mosta

Id-Direttorat tat-Tindif wieġeb b’mod immedjat għall-karba għal azzjoni dwar l-istat tal-ġnien tal-għarusa tal-Mosta, u t-Tnejn beda l-proċess ta’ tindif.

Il-Ġnien infetaħ għall-pubbliku fl-elf disgħa mija ħamsa u sebgħin, iżda ilu fi stat ta’ telqa u abbandun għal snin, tant li kważi ntesa kompletament anke mill-pubbliku.Aqra aktar

Fost ta’ quddiem fil-Good Country Report

 

Malta: pajjiż ċkejken iżda relevanti.

Good Country.org huwa sit li janalizza l-kontribut li kull pajjiż jagħti u b’mod globali Malta tikseb riżultat tajjeb bis-27 minn 163.

U jekk ngħidu li l-Maltin qalbhom tajba jidher li dan mhux għalxejn. Għax skont dan ir-rapport Malta tinsab fis-seba’ post  f’dik li tissejjaħ World Order.  Hawn ikun ikkalkulat il-kontribut fl-ordni globali skont il-karità, il-ħarsien tar-refuġjati, it-trattati tan-Nazzjonijiet Maqgħquda ffirmati u anke r-rata ta’ twelid.  Dan kien l-aħjar riżultat li kiseb pajjiżna, u jinsab fil-quċċata ma’ pajjiżi bħall-Awstrija, li kisbet l-ewwel post, il-Ġermanja, fit-tieni post, u d-Danimarka fit-tielet post.

Aqra aktar

Meta l-miżien imarrdek

F’Dinja fejn il-figura ideali tiddomina fil-midja sar faċli biex wieħed jaqa’ fin-nassa tal-eating disorders, battalja missielta li diffiċli li wieħed joħroġ minnha.

Miriana Testaferrata, tfajla ta’ għoxrin sena, rebħet din il-battalja kontra l-anoressija u il-bulimja, u issa qed tuża din l-esperjenza biex tqajjem għarfien dwar dawn id-diżordnijiet, li huma r-realta ta’ ħafna żgħażagħ.

Aqra aktar

Kyle Micallef: fieq mill-kanċer u issa għal Rio

Xhur biss wara li rebaħ il-battalja qalila kontra l-kanċer, issa, Kyle Micallef qed jimmira għal rebħa oħra fl-Olimpjadi ta’ Rio, fejn qed jirrappreżenta lill-Malta bil-weightlifting.

Micallef ingħata l-aħbar li kellu kanċer fit-testikoli xhur ilu. Iżdawara intervent mediku li neħħielu t-tumur perikoluż, l-atleta seta’ jkompli t-taħriġ tiegħu għall-Olimpjadi.

Aqra aktar

Low Cost Travel tfalli

Lukandi Maltin kienu milquta mill-fatt li s-sit elettroniku Low Cost Travel falla. Dawn il-lukandiera qed jikkunsidraw miżuri mmedjati biex jaraw kif jimlew il-post ta’ dawk li kellhom il-btala tagħhhom mħassra.

Aqra aktar

Il-kirjiet fuq l-aġenda tal-Gvern

It-tħassib ta’ diversi familji minħabba l-kirjiet li qegħdin jgħolew huwa fl-aġenda tal-Gvern. Tkellem dwar dan il-Prim Ministru, Joseph Muscat, meta kien qed jiehu sehem fil-programm Għandi Xi Ngħid.

Spjega kif filwaqt li sa erba’ snin ilu l-ikbar tħassib kien jirriżulta mill-kontijiet tad-dawl u l-ima, illum huma diversi dawk li qed jinkwetaw kif se jlaħħqu mal-kirja tal-post tagħhom. Aqra aktar

Sejba ta’ skultura indurata bid-deheb

L-istorja sinjura ta’pajjiżna tidher ukoll fid-diversi parroċċi madwar il-pajjiż. Fl-aħħar ġimgħat rajna sejba mhux tas-soltu fil-Bażilita tal-Isla. Wara li nstabet skultura mill-isbaħ taħt pilastri li kienu qed ikunu rranġati fl-istess bażilika issa nstab li wieħed minnhom saħansitra kien indurat bid-deheb. Jirriżulta wkoll li l-iskultura hija xogħol persuni differenti, minn tal-inqas tlieta. Id-dettalji fil-filmat.

Aqra aktar

Send this to a friend