Kelly Peplow – Page 175 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Kundizzjoni fil-ġilda b’effett soċjali

Ilbieraħ ra t-twelid mill-ġdid tal-Assoċjazzjoni Maltija għas-Psoriasis, kundizzjoni fil-ġilda li taffettwa sa 3% tal-popolazzjoni Ewropea, inkluż dik Maltija. L-Assoċjazzjoni hija fergħa ta’ dik tad-Dermatoloġija li fundatur tagħha huwa l-Professur Joseph Pace, li spjega l-importanza tal-Assoċjazzjoni tas-Psoriasis li se topera madwar is-sehem tal-pazjenti.

“Għal ħafna snin ippromovejna l-involviment tal-pazjent. Tajjeb li ngħarrfu li dan għandu d-drittijiet tiegħu bħall-aċċess għall-mediċina fil-ħin, imma rridu niftakru wkoll li għandu dover. Dan l-empowerment tal-pazjent sar bażiku ħafna fil-prattika medika,” jgħidilna l-professur.

Aqra aktar

Patt għall-ħarsien tal-annimali tul il-Presidenza

Intalbet l-implimentazzjoni ta’ politika li tħares id-drittijiet tal-annimali, b’mod partikolai dawk li kapaċi jinżammu bħala pets, waqt Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew. Dan bil-preżentazzjoni ta’ Memorandum mill-Eurogroup for Animals il-Ġimgħa filgħaxija.
Aqra aktar

Studju dwar tfal immigranti f’Malta

Wara li sar studju dwar tfal li jinsabu fil-foster care li rriżulta f’ rapport u rakkomandazzjonijiet utli mill-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, issa tħabbar studju simili, din id-darba dwar immigranti tfal li jgħixu f’pajjiżna.

Dan fid-dawl li kull tifel u tifla li jgħixu f’Malta għandhom ikunu mħarsa, mhux dawk b’identità Maltija biss.

Segwri dak li qalet il-Kummissarju għat-Tfal Pauline Miceli.

Aqra aktar

Il-Bormliżi jiftakru lil Sunny Aquilina

Il-liriku tant maħbub Sunny Aquilina miet fl-eta ta’ sebgħin sena.

L-aħbar ta’ mewtu ħassdet il-komunita Bormliża li fiha twieled Aquilina, u l-għajta tagħhom kienet waħda: li minkejja s-suċċess Aquilina jibqa jissemma bħala bniedem ta’ qalb purament Bormliża li kien ħabib ta’ kulħadd.

Segwi x’kellhom xi jgħidu meta kellimihom ilbieraħ.

Aqra aktar

Forsi ma nibqgħux nibbrillaw fl-obeżità

L-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa qaltilna ċar: aħna fil-quċċata tal-klassifika ta’ pajjiżi Ewropej bi problema tal-obeżità.

Wara din it-turija kerha tar-realtà, ħafna kienu l-inizzjattivi li nibtu biex iħeġġu lit-tfal isegwu ħajja attiva. Il-Proġett Ewropew On The Move se jindirizza l-problema b’mod ħolisitiku, u mhux biss se jħarreġ lit-tfal fl-isports, iżda se jinkludi wkoll lill-ġenituri, fil-ħolqien ta’ stil ta’ ħajja aħjar.

Aqra aktar

Boris Johnson f’Malta

Mistennija tkun żjara interessanti minkejja impenjattiva tas-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth Boris Johnson.

Waqt laqa’ mal-Ministru George Vella, Johnson qal li din hija l-ewwel darba li se jkollu ċ-ċans jitħadded mal-Ministru Malti bis-serjeta minkejja li ltaqgħu diversi drabi fil-Parlament Ewropew.

Aqra aktar

Titjib fis-servizz u xiri pubbliku

Is-Servizz u x-Xiri Pubbliku se jkun ferm iktar aċċessibbli minn qabel biex ikomplu jissaħħu t-trasparenza u l-kontabilita.

Qal dan Mario Cutajar, is-Segretarju Permanenti Prinċipali waqt laqgħa informattiva dwar tibdiliet fir-regolamenti tax-xiri bejn il-Gvern u l-privat u l-proċess ta’ tiġdid tas-Servizz Pubbliku.
Aqra aktar

Xita ta’ ravjul f’Jum l-Imqabba

Mgħollijin, moqlijin, maz-zalza tad-tadam jew mimlijin biċ-ċikkulata. Ir-Ravjul huwa platt li l-Maltin ifittxu, u fir-raħal ċkejken tal-Imqabba din l-ikla kienet protagonista għal ġurnata sħiħa, fejn ir-residenti ċċelebraw it-tieni edizzjoni ta’ festa ravjul.

Segwi l-filmat!

Aqra aktar

Send this to a friend