Kelly Peplow – Page 174 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Sherlock iktar popolari mir-Reġina

Jum l-ewwel tas-sena. Jum għall-ikliet, jum biex nirkupraw wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-lejl ta’ qabel.

Imma għal persentaġġ mdaqqas  fisser ukoll il-bidu ta’ staġun ġdid għas-serje Ingliża, Sherlock. Iktar minn 8 miljun telespettatur fl-Ingilterra twaħħlu quddiem it-televiżjonijiet biex wara żmien twil ta’ stennija jerġgħu jingħaqdu mad-duo Sherlock u Watson. Duo li qabel dan is-serje kienu assoċċjati mal-pipa u l-lenti li ħoloq Sir Arthur Conan Doyle.

Aqra aktar

Il-Hanukkah t-tajjeb!

Din is-sena, Diċembru ma fissirx biss il-Milied Nisrani jew pagan li nafu aħna iżda ukoll il-Hannukah, festa Lhudija li tiċċelebra l-inklużjoni u l-għaqda bejn il-kulturi.

Tista’ tgħid li dan huwa il-Milied antik tal-Lhud.

Aqra aktar

Assistenza biex persuni vulnerabbli jidraw jaħdmu

Dħalna fit-tielet fażi tal-proġett LEAP li se jassigura li persuni vulnerabbli ikollhom għajnuna ta’ mentor biex jidraw id-dinja tax-xogħol.

Ħabbar dan il-Ministru Michael Farrugia, li spjega li fit-tliet snin li l-proġett LEAP ilu fis-seħħ, grazzi għall-għajnuna minn fondi Ewropej, kienu identifikati eluf ta’ persuni li jgħixu f’nassa ta’ benefiċċji soċjali u għal xi raġuni qatt ma daħħlu jew baqgħu fid-dinja tax-xogħol, anzi lanqas biss kienu qed jirreġistraw.

Aqra aktar

L-ewwel ‘couple’s ward’ f’San Vinċenz

Infetħet l-ewwel couple’s ward fir-residenza San Vinċenz. Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana spjegat li x xogħol fuq dan is-sular dam xahrejn u sar kollu mill-ħaddiema tal-post, sal-inqas purtiera.

Il-ward fih tmien kmamar tas-sodda u kamra oħra b’sodda waħda.

Hawnhekk jidħlu biss koppji, whud minnhom li qabel kienu f’residenza oħra, mifrudin. Il-kmamar għandhom kamra tal-banju u kċina żgħira, biex  il-koppji jkunu indipendenti.

Aqra aktar

Żwieġ bejn ix-xjenza u l-Milied fl-Esplora

Il-Milied nafuh bħala żmien li jgħaqqad familji flimkien, fejn ħbieb li forsi ilhom ma jiltaqgħu jippjanaw xi ħarġa, u żmien fejn dak li jkun ikolu ftit ħin ta’ mistrieħ.

Issa dan iż-żmien ta’ festi qed iservi wkoll bħala mezz kif wieħed jersaq viċin tax-Xjenza, permezz ta’ workshops u spettakli ġodda fiċ-ċentru Esplora li qed ikunu offruti fi tmiem il-ġimgħa sa Jum il-Milied.

Aqra aktar

Monopolju fuq ilsienna?

Jgħidu li l-Malti għandu karattru kemxejn furjuż. U jidher li meta l-Malti jkun qed jitkellem dwar il-Malti, id-dibattitu jaf ikun wieħed imqanqal.

Il-Gvern qed jipproponi bidliet għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti li qajmu xi ftit tal-kontroversja. Dan għax dawk li bħalissa jiddominaw il-Kunsill ma jridux il-bidla proposta.

Jargumentaw li m’hawn ħadd kompetenti iktar minnhom biex jiddeċiedi dwar ilsienna. Filwaqt li oħrajn, fosthom dawk li deħlin fil-Kunsill għall-ewwel darba, jemmnu li m’għandu jkun hemm ebda monopolju fuq il-lingwa. Dawn tal-aħħar jargumentaw li hemm bosta kapaċi jkunu involuti fl-ilsien imħaddem mill-poplu ta’ gżiritna.

Fost dawn tal-aħħar insibu lil Mark Camilleri, Ċermen tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li issa se jkollu rappreżentanza fl-istess Kunsill.

Mal-ġurnal KullĦadd, Camilleri qal li “r-riforma se tiftaħ ftit il-Kunsill, tiddiversifika l-bażi tiegħu u iżżid is-superviżjoni tax-xogħol li jsir. Apparti minn hekk, ir-riforma l-ġdida tagħti rappreżentanza lill-pubblikaturi u lill-awturi u din hija importanti mmens f’Kunsill tal-Lingwa. Ma tistax tieħu deċiżjonijiet fuq il-lingwa mingħajr l-approvazzjoni ta’ min essenzjalment l-aktar juża l-lingwa.”

Aqra aktar

Arti li se toħloq festin il-Birgu

Jekk għadek m’intix ċert x’se tagħmel il-Ġimgha filgħaxija u qed tfittex xi ħaġa mhux tas-soltu, dar fi trejqa fil-Birgu kapaċi tkun il-post għalik.

Tliet artisti se jesibixxu xogħolhom f dak li qed jissejjaħ Art Party, fejn dak li jkun jista’ jieħu xarba bil-kwiet wara ġimgħa impenji, inaqqar xi ħaġa tajba, u jitpaxxa bix-xogħol oriġinali ta’ tliet artisti lokali.

Segwi l-filmat biex issir taf aktar…

“Għandna l-mezzi, hemm bżonn aktar inizjattiva”

L-għajnuna għal dawk f’diffikulta qiegħda kulma jmur tiżdied, iżda din tista tkun aċċessibbli b’mod iktar faċli jekk entitajiet responsabbli jinvestu iktar fi proġetti teknoloġiċi.

Dan kien wieħed mill-messaġġi li ħareġ waqt seminar bit-tema kellimni.com, proġett maħsub biex persuni b’diffikultajiet ikollhom fejn jiftħu qalbhom u jitkellmu dwar professjonisti fuq dak li jkunu qed jiffaċjaw.

Kim Dalli, maniġer tal-Fondazzjoni Vodafone, li hija sieħeb tas-sit kellimni.com mhux biss tkellmet dwar l-importanza tiegħu iżda wkoll ta’ proġetti ġodda.

Bħal dawk fejn il-fondazzjoni taħdem kontinwament ma’ entitajiet biex ikunu żviluppati apps li jiffaċilitaw il-ħajja ta’ persuni b’diżabilita, tfal b’diffikulta biex jitkellmu, u oħrajn.

Aqra aktar

Ilu ġej 250 sena…

Riċetti antiki, qwiel li m’għadhomx jintużaw, drawwiet ta’ dari.

Ebda minn dawn ma huma assoċjati mad-dizzjunarji, iżda manuskritt li nkiteb fis-seklu tmintax żewweġ dan kollu mal-intenzjoni propja ta’ dizzjunarju.

Dan inkiteb mill-Kanonku Ġan Piet Franġisku Agius De Soldanis, u wara iktar minn 250 sena mistur, issa qed ikun mitbugħ għall-pubbliku.

Tkellimna ma dik li mexxiet it-tranżizzjoni minn manuskritt għal ktieb, Rosabelle Carabott.

Aqra aktar

Send this to a friend