Kelly Peplow – Page 173 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Tinstema’ l-karba wara tnax-il sena

“Nemmnu li dawn huma vaganzi misruqa lill-haddiema, u jridu jingħataw lura. Ilna żmien ngħiduha u issa wara li semmejniha f’kull baġit u f’kull elezzjoni kuntenti li qed naraw il-possibiltà li dawn jingħataw lura.  Illum qed nilqgħu b’sodisfazzjoni li għandna Gvern li sema’ l-karba tal-ħaddiema u se jingħataw lura lill-ħaddiema.”

Dawn kienu l-ewwel reazzjonijiet  ta’ żewġ trade unions Maltin li ilhom mill-elfejn u ħamsa f’karba biex il-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-Ġimgħa jingħataw lura lill-ħaddiema billi jiżdiedu mal-leave.

Issa, it-talba tagħhom instemgħet wara li l-Partit Laburista ppropna propju fl-ewwel ħames prijoritajiet jekk il-Poplu jerġa jtih il-fiduċja fit-tlieta ta’ Ġunju.

Is-sentiment mill-General Workers’ Union u l-Forum Unions Maltin kien komuni: dan kien dritt  li fl-elfejn u ħamsa insteraq mill-ħaddiema meta ma sarx l-hekk imsejjaħ Patt Soċjali minn Gvern Nazzjonalista.

Aqra aktar

€8 fil-ġimgħa żieda mal-paga minima sal-2019

“Kollox sar bl-interess tal-iċken fostna”.

Qalet dan il-Ministru Helena Dalli fl-ewwel kummenti tagħha wara l-ahbar tal-ftehim dwar il-paga minima. Bħalissa hawn madwar 5,000 persuna fuq paga minima jew baxxa.

Wara l-ewwel sena ta’ impjieg bil-minimum wage, se jkun hemm żieda ta’ €3 fil-ġimgha, wara t-tieni sena ta’ impjieg tiżdied bi € 3 oħra biex b’kollox ikun hemm żieda ta’ €6. Apparti minn hekk se jkun hemm żidiet oħra, biex b’kollox sa 2019 ikun hemm zieda ta’ €8 euro fil-ġimgħa.

Dawn huma żidiet apparti l-ż-żieda tal-għoli tal-ħajja.

Iċ-chairman tal-MCESD John Bencini qal li dan hu frott għoxrin laqa ta’ diskussjoni bejn l-imsiehba kollha fl-aħħar xhur. Qal li dan huwa eżempju ta’ kif għandhom isiru l-affarijiet f’pajjiżna, wara dibattitu li kien ilu għaddej. Imiss issa li titwaqqaf kummissjoni biex kull erba’ snin tagħmel rakkonandazzjonijiet lill-Gvern.

Hub għal rock bands Maltin

Tħabbar hub ta’ sitt spazji għal provi ta’ bands lokali, proġett li l-Kunsill Malti għall-arti u l-Ministeru għall-kultura ilhom jaħdmu fuqu erba’ snin. Dan il-hub se jkun qed isir f’Ħal Luqa. Dan hu biss il-bidu ta’ vjaġġ twil li nibet minn spinta li dan l-aħħar reġgħet bdiet tingħata lill-ġeneru Rock.

Aqra aktar

Hub kulturali nostalġiku u kontemporanju

“Il-karattru tat-triq irrid inħallih, dan huwa ċentru ta’ divertiment, u dak l-element ta’ divertiment tal-massa, tal-bar, tal-folol, irid jibqa’,” qal dan id-Direttur Artistiku tal-kunċert Strada Stretta, Giuseppe Schembri Bonaci.

Qed nitkellmu fuq Strada Stretta; it-triq tal-midneb, it-triq fejn lura fiż-żmien kull min kien jgħix jew jaħdem fiha kien qed jaħrab minn xi ħadd jew minn xi ħaġa. Triq li hija sinonima mal-ispettaklu, is-sigrieti u karattri eċċentriċi.

Trejqa li llum il-ġurnata qed terġa’ ssir hub kulturali fil-Kapitali tagħna li qed terġa’ tingħata l-ħajja u tilqa’ saħansitra l-mijiet fi tmiem il-ġimgħa.

Aqra aktar

Wara battalja missielta ta’ ħames snin…

Kull persuna għandha storja, passat, kapitlu mimli mewġ li ħafna drabi, dak li jkun iħallih jaħkmu u jbidlu f’persuna negattiva li ma għadiex kapaċi tħares lejn il-ħajja minn lenti pożittiva.

Martina Fenech mhix waħda minn dawn il-persuni. Tfajla ta’ tmintax-il sena, li propju sena ilu tkellmet ma’ One News dwar il-vjaġġ li għamlet fi ġlieda kontra l-marda tal-kanċer, vjaġġ li kien għadu ma ntemmx.

Sena wara, Martina reġgħet iltaqgħet magħna, din id-darba b’ton kemm xejn differenti. Il-kanċer li heddidha għal ħames snin sħaħ, tilef il-battalja kontriha.

Aqra aktar

Miljuni ta’ Ewro minn studenti tal-Ingliż

Baqa’ b’saħħtu l-kontribut tal-istudenti tal-Ingliżi fis-settur turistiku.

Studenti li ġew Malta tul l-2016 biex jistudjaw il-lingwa Ingliża ħallew  €193 miljun fl-ekonomija Maltija. Dan ifisser tmienja fil-mija tal-ammont ta’ flus li ħallew it-turisti tul is-sena li għaddiet.

Dan intqal fi preżentazzjoni ta’ rapport imħejji minn FELTOM, il-Federazzjoni ta’ Organizzazzjonijiet tat-Tagħlim tal-Ingliż f’Malta.

Aqra aktar

Awguri, Fra!

• Wieħed mill-iktar karattri memorabbli twieled ħamsin sena ilu

Kien l-10 ta’ April 1967 meta twieled karattru simpatiku li għadu mnaqqax fil-qlub ta’ dawk li żmien il-primarja kien idur miegħu: Fra Mudest.

Aqra aktar

Malta tavvanza erba’ postijiet

Malta. Pajjiż kompetittiv għall-aħħar fil-qasam turistiku li tejjeb il-prodott mill-2015 sa issa.

Dan skont informazzjoni mill-World Economic Forum dwar il-kompetittivita fit-Turiżmu fl-2016.

Il-Forum joħroġ dan l-indiċi kull sentejn, b’Malta tikklasifika fl-erbgħin post fl-2015 u fis-36 post din is-sena. Riżultat aqwa minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea bħall-Ungerija u l-Latvja.

Aqra aktar

‘Gimli’ f’dokumentarju dwar Malta!

Fl-aħħar jiem diversi żgħażagħ li tfulithom daret madwar il-ġeneru tal-fanasija, kellhom iċ-ċans jiltaqgħu ma’ wieħed mill-karattri leġġendarji mid-dinja li ħoloq l-awtur J.R.R Tolkien fil-kotba Lord of the Rings; dan għaliex l-attur John Rhys Davis, li ħadem il-parti ta’ Gimli, kien pajjiżna jaħdem fuq proġett. Proġett li jdur madwar l-Istorja ta’ Malta, l-imħabba tal-barranin lejn Malta, u il-valuri li pajjiżna jirrappreżenta.

Aqra aktar

Send this to a friend