Kelly Peplow – Page 172 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Għada fi Brussell se jibdew in-negozjati Brexit

Fil-jiem li ġejjin Malta se tkun qed tiċċelebra t-tmiem ta’ Presidenza tal-Kunsill Ewropew li ħalliet il-frott u tefgħet lil Malta f’qagħda strateġika eċċellenti f’għajnejn il-poteri Ewropej u fl-istess ħin Stat Membru ieħor se jibda jagħlaq il-kapitlu tiegħu mal-Unjoni Ewropea.

Dan xahrejn biss wara li l-Mexxeja Ewropej iffirmaw id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma li fost oħrajn se twiegħed Ewropa soċjali u sigura liċ-ċittadini. Dikjarazzjoni li kienet iffirmata minn 27 mexxej, u mhux 28.

Għaliex il-pinna Ingliża ma kinitx inkluża. Forsi turija li l-Unjoni Ewropea diġà qed tqis lir-Renju Unit bħala eks membru.

Aqra aktar

Ewropa solidari ma’ pajjiżi oħra – ftehim ġdid għall-iżvilupp

L-Unjoni Ewropea, taħt il-kappa tal-Presidenza Maltija qed iżżomm kelmtha li se tkun iktar solidari- din id-darba fl-iffirmar ta’ politika komuni għall-iżvilupp ta’ pajjiżi terzi fosthom fil-kontinent Afrikan u fl-Amerika Latina.

Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat kien fost dawk li iffirma f’isem il-Kunsill tal-Ministri, u fakkar kif din il-politika kienet u għadha prijorita tal-presidenza Maltija.

Dan ħdax-il sena wara li kien iffirmat l-aħħar dokument ta’ dan it-tip.

Aqra aktar

Joseph Muscat illum fi Brussell

Il- Prim Ministru Joseph Muscat jinsab fi Brussell biex jattendi għall-ħdax-il edizzjoni tal-European Development Days li fetħu llum, 7 ta’ Ġunju.

Dan huwa l-ikbar forum Ewropew dwar koperazzjoni internazzjonali u wegħdi għal żvilup. Din is-sena hemm 7000 partecipant li se jindirizza sfidi mondjali attwali u kif bħala Unjoni ewropea nistgħu nindirizzawhom.

Aqra aktar

Qabar fost l-oħrajn fl-Addolorata…għaliex daqhsekk importanti?

Qabar wieħed mistur fiċ-ċimiterju tal-Addolorata, forsi min jgħaddi minn biswitu f’xi jum ieħor ma jħarisx lejh darbtejn. Forsi ftit napprezzaw li l-erba’ individwi midfuna f’dan il-qabar għad għandhom sinjifikat qawwi fl-istorja tagħna.

Wenzu Dyer, Gużeppi Bajada, Manwel Attard, Carmelo Abela. L-erba’ persuni li flimkien ma’ eluf ta’ Maltin kienu l-protagonisti tal-irvellijiet tas-sebgħa ta’ Ġunju, elf digħa mija u dsatax. Bid-differenza li dawn l-erbgħa ma kellhomx ix-xorti li sentejn wara jaraw li l-karba tagħhom, instemgħet. Fis-sebgħa ta’ Ġunju elfejn u sbatax. Fis-skiet ta’ għodwa xemxija, il-kumitat festi nazzjonali poġġa girlanda ta’ fjuri mal-qabar tal-erba’ vittmi tas-Sette Giugno.

Aqra aktar

Malta tilħaq ftehim lejn Wi-Fi b’xejn madwar l-Ewropa kollha

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea laħqet ftehim mat-tliet istituzzjonijiet ewlenin Ewropej: il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea.

Huwa ftehim dwar Wifi4EU- kunċett imħabbar f’Settembru elfejn u sittax, li se jara ċittadini Ewropej jibbenefikaw minn servizz ta’ wifi b’xejn fi pjazez, parks, sptarijiet, u kull spazju pubbliku madwar l-ibliet Ewropej.

B’hekk, se jkun imsaħħaħ il-kunċett ta’ suq uniku diġitali.

B’kollox se jkunu investiti €120 miljun li se jitqassmu f’madwar tmint’elef żona differenti fl-Istati Ewropej kollha. Dawn huma fondi li awtoritajiet lokali jistgħu japplikaw għalihom fiż-żmien li ġej biex jinxtara l-apparat kollu meħtieġ, u biex jitħallas il-wifi innifsu.

Il-Ministru Malti għall-Kompetittività Emmanuel Mallia wera sodisfazzjon għall-ftehim bejn il-Presidenza u l-Awtoritajiet Ewropej, li se jħeġġu l-użu ta’ servizzi diġitali madwar il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Kelma waħda fuq fomm il-bdiewa: ‘hawn ix-xogħol!’

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes żar-il-Pitkalija f’Ta’ Qali hekk kif il-bdiewa kienu qed jippreparaw għal jum impenjattiv ta’ xogħol.

Qalb il-prodott frisk u bnin Malti, frażi waħda spikkat fuq fomm il-bdiewa ‘hawn ix-xogħol!’

Fil-Pitkali bħalissa hawn mal-elf bidwi bi spazju fejn iħott il-prodott u jlestih għall-bejgħ. Galdes fakkar li riċentement sar ukoll xogħol ta’ tarmac mat-triq sabiex ikun kollox iktar faċli

Fadal madwar miljun u nofs ewro investiment xi jsir fil-Pitkalija, fosthom xogħol fuq is-soqfa u sistema ta’ dawl.  Iżda ta’ min iżomm f’moħħu li dan il-post kien jinsab fi stat ta’ abbandun għal erbghin sena. Issa ħa r-ruħ u l-bżonnijiet tal-bdiewa u tax-xerrejja inqdew tajjeb.

Ftehim mat-tobba dwar il-proġett ta’ Vitals Global Healthcare

Il-Gvern u l-MAM laħqu ftehim dwar il-proġett ta’ Vitals Global Healthcare. Jiġifieri l-konsorzju se jaħdem bħala msieħeb mal-Gvern fl-Isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Ftehim minnhom huwa dwar public-private partnership ma’ Vitals Global Healthcare. L-impjegati ta’ Karin Grech,  St Luke’s u l-Isptar t’Għawdex se jibqgħu kollha impjegati mal-Gvern, bil-benefiċċji kollha li dan iġib miegħu. Se jkun hemm reklutaġġ aktar ġust ta’ tobba, filwaqt li ntlaħaq qbil ukoll fuq it-tagħlim mediku permezz ta’ Barts. 

Aqra aktar

Inawgurat it-tielet ajruplan tal-Forzi Armati ta’ Malta

Ġie inawgurat uffiċjalment it-tielet ajruplan tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Hawker Beechcraft King Air B250. Dan se jintuza għall-kontroll tal-fruntieri u s-sorveljanza ta’ Malta. Ġie inawgurat ukoll robot ghal tiftix ta’ materjal splussiv. Flimkien, dawn jiswew €16-miljun.

King Air B250 huwa aircraft tal-ogħla kwalità, bi track rekord eċċellenti fl-operat militari.

L-iffirmar tal-kuntratt sar mill-Brigadier Jeffrey Curmi, kap kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta u President tal- Aerodata. Dan fil-preżenza tal-Ministru Carmelo Abela u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg.

Jeffrey Curmi qal li dan huwa pass kbir għall-Forzi Armati.  Il-Ministru Abela ddeskrivihom bħala forzi ambizzjużi għall-bidla, filwaqt li s-Segretarju Parlamentari ddeskriva l-importanza ta’ dawn inġenji fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Send this to a friend