Kelly Peplow – Page 171 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Iktar minn 70 mużiċist għall-Jazz Festival

Is-soltu nassoċċjaw lill-Belt Kapitali tagħna mal-arti, il-kultura,l-arkitettura u anke l-mużika Barokk, iżda f’dawn il-jiem il-Belt Valletta qed tkun sinonima mal-mużika Jazz.

Il-Malta Jazz Festival se joffri spettaklu mill-isbaħ lill-mijiet, grazzi għal wirjiet live u workshops minn iktar minn sebgħin mużiċist.

Aqra aktar

Ftehim li se jibbenefikaw minnu persuni vulnerabbli

Il-Presidents’ Trust u l-Federazzjonj Maltija ta’ Organizzazzjonijiet Persuni b’Dizabiltà ffirmaw ftehim ta kollaborazzjoni fuq l-inizjattiva ta’ impjiegi għal persuni vulnerabbli.

L-inizjatttiva bdiet fl-2016 u b’dan il-ftehim se jintlaħqu ferm iktar żgħażagħ permezz ta’ Supported Employment Programme. Il-Presidents’ Trust tipprovdi wkoll sistema ta’ mentoring għal dawn iż-żgħażagħ u issa, minn dan il-ftehim, se jkun provdut ukoll job coaching, skills building u gwida fuq il-post tax-xogħol. 

Disa’ miljuni f’għaxar snin

Disa’ miljun passiġġier f’għaxar snin. Dan huwa sehem il-linja tal-ajru low cost Ryan Air li b’mod partikolari f’dawn iż-żmienijiet tas-sajf tilħaq il-miri tal-popolarita tagħha, speċjalment maż-żgħażagħ li jippjanaw dik l-avvenutra qasira.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi laqa’ lid-disa’ miljun pasisġġier meta niżel Malta fl-Ajrport Internazzjonali għal ħin l-ikel nhar l-Erbgħa wara vjaġġ qasir mill-Polonja.

Mizzi spjega kif filwaqt li l-linja nazzjonali tal-ajru, l-AirMalta hija prijorita, linji tal-ajru oħra assolutament mhux se jingħataw il-ġenb.

Jingħalaq il-kapitlu Ġudizzjarju tal-Presidenza

Il-qasam tal-E-evidence, jiġifieri provi ta’ atti kriminali li jistgħu jinġabru minn mezzi elettroniċi għandhom ikunu prijorità fost l-Istati Membri Ewropej fil-qasam tal-ġustizzja.
Kliem il-Ministru Owen Bonniċi waqt li għeluq tat-48 konferenza tan-Network Ewropew għall-Ġustizzja, li kien propju l-aħħar impenn ta’ dan il-qasam taħt il-kappa tal-Presidenza Maltija.

Hawnhekk il-qasam tal-E-evidence kien diskuss sabiex ikun hem iktar koperazzjoni bejn Stati Membri dwar id-dispożizzjoni ta’ informazzjoni delikata dwar atti kriminali fi ħdan l-Ewropa.
Aqra aktar

Bil-filmat: Imsaħħra b’Malta u lesti għall-ispettaklu

L-artisti li llejla se jagħtu spettaklu mill-isbaħ waqt l-Isle of MTV 2017 issaħru bis-sbuħija ta’ pajjiżna li minkejja ċ-ċokon se joffri waħda mill-aqwa udjenzi li huma se jesperjenzaw fil-karriera tagħhom.

Il-ġurnalisti iltaqgħu mal-artisti sigħat biss qabel l-ispettaklu fuq il-fosos fejn qasmu l-aspettivi tagħhom għall-ikbar kunċert mużikali fil-kalendarju Ewropew.

 

Aqra aktar

Kollox lest għall-ikbar kunċert b’xejn fl-Ewropa

“Il-fatt li qed inlestu għall-ħdax-il edizzjoni, juri s-suċċess ta’ dan l-avveniment annwali li fuq kollox il-pubbliku Malti u internazzjonali jistenna. Din is-sena kien hemm domanda ferm ikbar ta’ exposure socjali.” Qal dan Russel Samuel minn Barcode International waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet lejlet il-ħdax-il edizzjoni tal-Isle of MTV.

Iċ-Chairman tal-Awtorità għat-Turiżmu, Gavin Gulia qal li t-turiżmu mhux sempliċiment kemm-il turist iżur Malta iżda anke dwar il-prodott offrut u kif ukoll avvenimenti ta’ dan it-tip. It-turiżmu huwa frott il-ħidma konġunta ta’ kull min jaħdem f’din l-industrija.

Aqra aktar

Għada fi Brussell se jibdew in-negozjati Brexit

Fil-jiem li ġejjin Malta se tkun qed tiċċelebra t-tmiem ta’ Presidenza tal-Kunsill Ewropew li ħalliet il-frott u tefgħet lil Malta f’qagħda strateġika eċċellenti f’għajnejn il-poteri Ewropej u fl-istess ħin Stat Membru ieħor se jibda jagħlaq il-kapitlu tiegħu mal-Unjoni Ewropea.

Dan xahrejn biss wara li l-Mexxeja Ewropej iffirmaw id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma li fost oħrajn se twiegħed Ewropa soċjali u sigura liċ-ċittadini. Dikjarazzjoni li kienet iffirmata minn 27 mexxej, u mhux 28.

Għaliex il-pinna Ingliża ma kinitx inkluża. Forsi turija li l-Unjoni Ewropea diġà qed tqis lir-Renju Unit bħala eks membru.

Aqra aktar

Ewropa solidari ma’ pajjiżi oħra – ftehim ġdid għall-iżvilupp

L-Unjoni Ewropea, taħt il-kappa tal-Presidenza Maltija qed iżżomm kelmtha li se tkun iktar solidari- din id-darba fl-iffirmar ta’ politika komuni għall-iżvilupp ta’ pajjiżi terzi fosthom fil-kontinent Afrikan u fl-Amerika Latina.

Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat kien fost dawk li iffirma f’isem il-Kunsill tal-Ministri, u fakkar kif din il-politika kienet u għadha prijorita tal-presidenza Maltija.

Dan ħdax-il sena wara li kien iffirmat l-aħħar dokument ta’ dan it-tip.

Aqra aktar

Send this to a friend