Kelly Peplow – Page 170 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

‘Crop in a Pot’ għal ambjent iktar sostenibbli

Fil-bidu ta’ Ġunju, SOS Malta nediet l-inizjattiva Crop in a Pot, li hija proġett ta’ tmintax-il xahar parzjalment finanzjat mill-Malta Community Chest Fund u għandu l-għan li jsaħħaħ is-sostenibbiltà soċjali, ambjentali u ekonomika billi joffri ħiliet u għarfien sabiex jitkabbar l-ikel fid-dar fl-ispazju li hemm disponibbli.

Aqra aktar

Żur iċ-ċisterni ta’ taħt l-art u l-Pixkerija bi prezz ridott!

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 ħabret prezzijiet ridotti għal min jixtieq iżur iċ-ċisterni ta’ taħt l-art fil-Belt u l-Pixkerija hekk kif l-esibizzjoni Dal-Baħar Madwarha se tinsab fl-aħħar jiem tagħha.
Il-prezz tal-biljetti għall-esibizzjoni ewlenija ta’ arti kontemporanja ta’ Valletta 2018, Dal-Baħar Madwarha, ġie ridott għal €3 għall-adulti u €2 għat-tfal. Iċ-ċisterni ta’ taħt l-art u l-Pixkerija l-antika li se jibqgħu miftuħa sal-1 ta’ Lulju.

Dawn iċ-ċisterni meraviljużi qed jilqgħu fihom installazzjoni akustika bl-isem ta’Who By Fire minn Susan Philipsz, li hija wkoll rebbieħa tal-Premju Turner. L-installazzjoni ta’ Philipsz tirreferi għal qanpiena navali antika li ġiet salvata u li issa tinsab fil-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra f’Sant’Iermu. Din il-qanpiena llum tibqa’ rikordju tal-impatt u l-qawwa tal-attakki mill-ajru waqt il-gwerra. Ix-xogħol ta’ Philipsz ifakkarna fil-memorji u fil-kulturi lokali differenti matul iż-żminijiet.  Iċ-ċisterni għandhom storja li tmur lura diversi snin, hekk kif ġew mibnija mill-Kavallieri, u ġew użati bħala riżerva tal-ilma għal mijiet ta’ snin, kif ukoll bħala xelter waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.

L-installazjoni ‘A Straight Line Through the Carcass of History’ fil-Pixkerija, binja skedata tat-tieni Grad mibnija kmieni fis-snin 30 tas-seklu li għadda, għandha x’taqsam direttament mal-binja tal-Pixkerija nnifisha. L-installazjoni, maħduma minn’ Ibrahim Mahama, hija magħmula minn linja dritta ta’ xbieki, bl-intenzjoni li tfakkar lill-udjenza fl-użu tal-Pixkerija fil-passat, fil-futur inċert tagħha u fil-Baħar Mediterran bħala simbolu ta’ kummerċ bejn l-Afrika u l-Ewropa. Ibrahim Mahama, artist mill-Ghana bbażat f’Accra, hu wieħed mill-iżjed artisti Afrikani influwenti ta’ dan iż-żmien. Hu jgħix, jaħdem u jippjana l-futur tiegħu hemm, mhux bħal ħafna mill-kollegi Afrikani tiegħu li għażlu li jemigraw lejn l-Ewropa jew l-Istati Uniti. Hu juża t-trasformazzjoni ta’ diversi materjali biex jesplora temi ta’ komodità, migrazzjoni, globalizzazzjoni u skambju ekonomiku.

L-esibizzjoni tiftaħ mit-Tlieta sal-Ħadd bejn il-11am u s-7pm. Biljetti jistgħu jinxtraw mill-kjosk tal-biljetti li jinsab faċċata tal-Qorti jew minn tickets.valletta2018.org. Dal-Baħar Madwarha tibqa’ miftuħa sal-1 ta’ Lulju, 2018.

55,000 persuna jitilgħu Għawdex għal diversi ċelebrazzjonijiet fi tmiem il-ġimgħa

55,000 persuna żaru l-gżira Għawdxija fi Tmiem il-Ġimgħa li għaddiet għal diversi ċelebrazzjonijiet. B’kollox il-vapuri tal-Gozo Channel għamlu 202 vjaġġ.

 

Fost oħrajn kien hemm ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Belt Victoria bil-kunċerti ‘RockAstra’ u għal ‘Leone goes Pop’.

 

Fil-ġonna publiċi tal-Villa Rindle, ittella’ għall-ewwel darba f’Għawdex il-‘Bee and Honey Fest’, festival marbut man-naħal u l-industrija relatata. Kien imfakkar ukoll l-avveniment storiku ta’ meta t-truppi Franċiżi, 220 sena ilu, invadew lil Għawdex u ħadu kmand tal-gżira. Dan ir-reenactment, magħmul minn 550 persuna liebsa l-ilbies tal-epoka, ta ħarsa lejn l-episodji ewlenin li nisġu l-istorja u ħa lil kull min kien preżenti lura fl-istorja.

 

Il-festival ‘Abode on the rock’ attira 1,700 żagħżugħ u żagħżugħa barranin lejn il-gżira Għawdxija, liema festival ħalla impatt ekonomiku tajjeb u ġġenera ħafna xogħol.

 

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana tkellmet fuq kif Għawdex esperjenza tmiem il-ġimgħa mill-aqwa. Kull min kien preżenti kellu għażliet varji ta’ postijiet fejn jirrilassa. Justyne Caruana qalet ukoll li avvenimenti bħal dawn qed ikomplu jattiraw lejn Għawdex aktar turisti, kemm lokali u barranin, li qed jiġu jgawdu mhux biss il-ġmiel naturali tal-gżira, iżda wkoll it-talenti u l-kreattività ta’ Għawdex. B’hell,  l-istrateġija li qed jadotta l-Ministeru għal Għawdex qed tagħti l-frott hekk kif Għawdex qed joffri xi ħaġa għall-gosti ta’ kulħadd.

 

 

Iktar minn 70 mużiċist għall-Jazz Festival

Is-soltu nassoċċjaw lill-Belt Kapitali tagħna mal-arti, il-kultura,l-arkitettura u anke l-mużika Barokk, iżda f’dawn il-jiem il-Belt Valletta qed tkun sinonima mal-mużika Jazz.

Il-Malta Jazz Festival se joffri spettaklu mill-isbaħ lill-mijiet, grazzi għal wirjiet live u workshops minn iktar minn sebgħin mużiċist.

Aqra aktar

Ftehim li se jibbenefikaw minnu persuni vulnerabbli

Il-Presidents’ Trust u l-Federazzjonj Maltija ta’ Organizzazzjonijiet Persuni b’Dizabiltà ffirmaw ftehim ta kollaborazzjoni fuq l-inizjattiva ta’ impjiegi għal persuni vulnerabbli.

L-inizjatttiva bdiet fl-2016 u b’dan il-ftehim se jintlaħqu ferm iktar żgħażagħ permezz ta’ Supported Employment Programme. Il-Presidents’ Trust tipprovdi wkoll sistema ta’ mentoring għal dawn iż-żgħażagħ u issa, minn dan il-ftehim, se jkun provdut ukoll job coaching, skills building u gwida fuq il-post tax-xogħol. 

Disa’ miljuni f’għaxar snin

Disa’ miljun passiġġier f’għaxar snin. Dan huwa sehem il-linja tal-ajru low cost Ryan Air li b’mod partikolari f’dawn iż-żmienijiet tas-sajf tilħaq il-miri tal-popolarita tagħha, speċjalment maż-żgħażagħ li jippjanaw dik l-avvenutra qasira.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi laqa’ lid-disa’ miljun pasisġġier meta niżel Malta fl-Ajrport Internazzjonali għal ħin l-ikel nhar l-Erbgħa wara vjaġġ qasir mill-Polonja.

Mizzi spjega kif filwaqt li l-linja nazzjonali tal-ajru, l-AirMalta hija prijorita, linji tal-ajru oħra assolutament mhux se jingħataw il-ġenb.

Jingħalaq il-kapitlu Ġudizzjarju tal-Presidenza

Il-qasam tal-E-evidence, jiġifieri provi ta’ atti kriminali li jistgħu jinġabru minn mezzi elettroniċi għandhom ikunu prijorità fost l-Istati Membri Ewropej fil-qasam tal-ġustizzja.
Kliem il-Ministru Owen Bonniċi waqt li għeluq tat-48 konferenza tan-Network Ewropew għall-Ġustizzja, li kien propju l-aħħar impenn ta’ dan il-qasam taħt il-kappa tal-Presidenza Maltija.

Hawnhekk il-qasam tal-E-evidence kien diskuss sabiex ikun hem iktar koperazzjoni bejn Stati Membri dwar id-dispożizzjoni ta’ informazzjoni delikata dwar atti kriminali fi ħdan l-Ewropa.
Aqra aktar

Bil-filmat: Imsaħħra b’Malta u lesti għall-ispettaklu

L-artisti li llejla se jagħtu spettaklu mill-isbaħ waqt l-Isle of MTV 2017 issaħru bis-sbuħija ta’ pajjiżna li minkejja ċ-ċokon se joffri waħda mill-aqwa udjenzi li huma se jesperjenzaw fil-karriera tagħhom.

Il-ġurnalisti iltaqgħu mal-artisti sigħat biss qabel l-ispettaklu fuq il-fosos fejn qasmu l-aspettivi tagħhom għall-ikbar kunċert mużikali fil-kalendarju Ewropew.

 

Aqra aktar

Send this to a friend