Kelly Peplow – Page 16 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Il-Forza Armati ta’ Malta ssalva l-immigranti 

Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw mija u tnax-il immigrant li kienu bejn sema’ u ilma.

Huma ddaħħlu f’boiler wharf fl-Isla u kollha sarilhom screening mediku qabel għaddew f’idejn il-pulizija tal-immigrazzjoni.

L-immigranti kollha qegħdin jinżammu kwarantina.

BIL-FILMAT: Appartament minflok klassi biex tikseb il-ħiliet għal ħajtek

Appartament ċkejken kien il-klassi tal-istudenti taċ-Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel fil-Ħamrun. Grazzi għal suġġett applikat li l-iskola introduċiet sena ilu bl-isem Independent Living Skills, dawn il-ħamsa u sittin student tgħallmu ħiliet importanti għal ħajjithom fosthom kif isajru u jżommu post nadif.

Il-Kap tal-Iskola, Randall Cilia, spjega li fost is-suġġetti applikati offruti fl-iskola, dan huwa l-iktar wieħed li fih l-istudeni tgħallmu ħiliet siewja li mhux biss se jgħinuhom isibu impjieg ta’ kwalità ‘l quddiem iżda se jgħinuhom jgħixu ħajja indipendenti wkoll.

Aqra aktar

Send this to a friend