Kelly Peplow – Page 15 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

“Bis-sagrifiċċji li qegħdin nagħmlu sejrin tajjeb ħafna fil-mod kif qed nikkontrollaw l-imxija tal-Coronavirus”- il-PM

Pajjiżna huwa mudell ta’ kif qed jilqa’ għas-sitwazzjoni tal-Coronavirus, tant li wieħed għandu jħares lejh għal kif għandha tiġi kkontrollata l-pandemija.Aqra aktar

400 persuna maqbuda barra u għadhom ma rritornawx lejn Malta

Madwar erba’ mitt Malti u Maltija għadhom barra mill-pajjiż għal raġunijiet differenti. Uħud minnhom għażlu li ma jirritornawx minħabba li fost raġunijiet oħra jinsabu f’żona fejn ippersista l-virus tal-COVID-19. Oħrajn qed jagħmlu l-aħħar arranġamenti biex jinġiebu lura Malta b’titjira ta’ ripatrijazzjoni.Aqra aktar

It-toroq il-ġodda mhux biss naqqsu it-traffiku iżda wkoll l-inċidenti

L-investiment tal-Gvern f ’diversi proġetti biex titjieb l-infrastruttura tat-toroq prinċipali beda jħalli r-riżultati mixtieqa, hekk kif mhux biss naqas it-traffiku iżda naqsu wkoll l-inċidenti.

Dan joħroġ minn klassifikazzjoni tal-aktar toroq perikolużi f’pajjiżna li l-Awtorità Transport Malta hija obbligata tagħmel kull tliet snin. Din uriet kif Triq il-Kosta fil-limiti tan-Naxxar rat tnaqqis sostanzjali fl-inċidenti mindu tlesta l-proġett maġġuri ta’ twessiegħ, li sewa lill-Gvern €53 miljun, biex b’hekk din m’għadhiex l-aktar triq perikoluża fil-pajjiż kif kienet ġiet ikklassifikata sal-2011.

Aqra aktar

Titjiriet għal min inqabad Malta u jrid imur lura pajjiżu 

Minn nhar it-Tnejn li ġej il-linja Nazzjonali tal-ajru l-Air Malta se tkun qed toffri titjiriet ġodda għal persuni li għal xi raġuni nqabdu Malta u jixtiequ jirritornaw lura pajjiżhom. It-titjiriet se jkunu offruti minn Malta lejn Londra, Pariġi, Amsterdam, Brussell, Frankfurt u Vjenna. Biex wieħed jixtri biljett irid juri li se jkun qed jivvjaġġa lejn pajjiżu fiż-żona Schengen jew fir-Renju Unit billi juri passaport jew xi forma oħra ta’ identifikazzjoni.

Fi stqarrija l-linja Nazzjonali tal-ajru qalet ukoll li din l-iskeda ta’ emerġenza se tagħmel tajjeb għal xi każijiet mediċi urġenti. Spjegat ukoll li mhux se jkun possibbli li l-passiġġieri jagħmlu check-in mis-sit elettroniku, biex b’hekk l-Air Malta jkollha kontroll aħjar fuq il-validità tal-passiġġier.

Kull persuna li se jkun qed jivvjaġġa barra minn Malta permezz ta’ xi titjira minn din l-iskeda se jintalab ikun l-ajruport internazzjonali ta’ Malta sagħtej u nofs qabel it-tluq.

Il-biljetti għat-titjiriet jistgħu jinxtraw mis-sit elettroniku tal-Air Malta jew mill-aġenti tal-ivvjaġġar.

“Agħmlu kuraġġ” – il-President George Vella 

Tinsabu f’idejn tajba, u l-kura li qed tirċievu hija waħda mill-aqwa. Agħmlu kuraġġ u kunu afu li tinsabu fil-ħsibijiet u fit-talb ta’ bosta. Dan kien il-messaġġ li kellu l-President ta’  Malta George Vella lill-pazjenti milquta minn din l-influwenza u l-qraba tagħhom meta indirizza lin-Nazzjon f’messaġġ televiżiv.Aqra aktar

Send this to a friend