Kelly Peplow – Page 146 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Żewġ poeżiji Maltin se jinbidlu f’films għall-Festival tal-Letteratura ta’ din is-sena

Żewġ poeżiji Maltin, ‘Kafè’ ta’ Achille Mizzi, u ‘Il-Lejl f’Dan l-Istazzjon’ ta’ Oliver Friggieri, se jkunu maħduma f’films għall-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2018. Dawn se jintwerew matul l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta, li se jsir bejn it-23 u l-25 ta’ Awwissu fil-Forti Manoel, Il-Gżira Manoel.Aqra aktar

Emma Muscat ma’ Rita Ora u Martin Garrix f’Summer Daze

Emma Muscat se tkun waħda mill-kantanti li se joffru spettklu waqt il-festival Summer Daze.

Emma se tkun qed tkanta fl-istess kunċert ma’ Rita Ora u Martin Garrix, nhar l-14 ta’ Awwissu. Fil-15 ta’ Awwissu, Roger Sanchez se jkun fost l-ismijiet kbar li se jkunu hawn Malta għall-istess festival, organizzat mill-MTA.Aqra aktar

Atturi u kantanti kontra Trump

Grupp ta’ atturi minn Broadway, inkluż il-kantanta Rosie O’Donnell, inagħqdu f’Lafayette Park f’Washington il-bieraħ fi protesta ta’ mużika kontra l-President Amerikan Donald Trump. Dan bħala parti minn #KremlinAnnex, serja ta’ protesti kontra Trump li bdew fis-16 ta’ Lulju bħala tweġiba għal-laqgħa mal-President Russu Vladimir Putin.Aqra aktar

Is-sħana taqta’ qalb ix-xerrejja

Studju li sar fir-Renju Unit fl-aħħar jiem wera riżultati xejn sbieħ għas-settur tal-bejgħ. Minkejja li s-skontijiet fil-ħwienet Ewropej huma 0.5% iktar minn snin oħrajn, ix-xiri minn ħwienet tal-ħwejjeġ jew sbuħija naqas drastikament meta mqabbel mas-snin ta’ qabel. Aqra aktar

Ħames proġetti ġodda approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat ħames proġetti  li jammontaw għal miljun ewro, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja f’diversi bliet u villaġġi Maltin u Għawdxin . Il-flus għall-proġetti nkisbu mill-Fond għall-Iżvilupp u Ippjanar, u se jolqtu il-Mosta, il-Mellieħa, Birżebbuġa, San Ġiljan, u n-Nadur Għawdex. Aqra aktar

Send this to a friend