Kelly Peplow – Page 144 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

“L-U.E. għandha kriżi istituzzjonali dwar l-immigrazzjoni”- Alfred Sant

L-Unjoni Ewropea għandha kriżi istituzzjonali għax la għandha politika komuni u lanqas risposta komuni dwar l-immigrazzjoni. Ma hemmx qbil mill-istati membri tal-UE dwar proposti fuq il-kontroll tal-fruntieri, m’hemmx qbil fuq proposti dwar il-qsim tal-piżijiet tal-immigranti fost l-istati membri tal-UE u ma hemmx qbil dwar politika komuni tal-UE f’dan il-qasam.

Dan qalu Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew fil-programm ta’ Emmy Bezzina ‘Il-Parlament tal-Poplu’ fuq SMASH TV.

 “Effettivament din hi problema Ewropea. Illum l-ewwel nippruvaw ma nħalluhomx jibdew il-vjaġġ bil-baħar u mbagħad nippruvaw insalvawhom meta jkunu se jegħrqu. Imbagħad tlieta, erba’ jew ħames stati membri tal-UE jippruvaw iqassmuhom bejniethom, skont id-daqs tal-grupp. Imma dan mhux isir bl-istrutturi tal-UE.”Aqra aktar

“Kont l-akbar għadu tiegħi nnifsi” – tfajla ta’ 24 sena li għelbet id-dipressjoni

Kienet battalja ta’ iktar minn għaxar snin, battalja li ġġielidt waħdi, battalja li għelibtha billi fost oħrajn sibt wens fil-kitba.

Dan huwa l-kliem ta’ kuraġġ ta’ Claire Attard, żagħżugħa ta’ 24 sena li rebħet il-ġlieda missielta kontra d-dipressjoni.

Ma’ ONE News, Attard spjegat li bdiet tinnota s-sintomi minn meta kienet għadha l-iskola. Kienet tħossha inqas minn sħabha tal-klassi, iktar kwieta, iktar ‘imejdqa’. Iżda kien għaxar snin wara li verament innutat, li hemm xi ħaġa mhux f’postha.

Fittxet l-għajnuna waħedha mingħand psikologu, wirja li verament riedet l-aħjar ħajja għaliha nnifsiha.

Claire Attard qalet li “Għall-ewwel kif qtajt mit-telephone minn miegħu, infqajt nibki mill-ewwel, ma stajtx nemmen li wara iktar minn 10 snin irnexxieli nagħmilha. Meta mort inkellmu kont kalma, beda jsaqsini dwari nnifsi biex jara minn fejn bdiet il-problema, u minn hemm bdejna nibnu, beda jkellimni fuq emozzjonijiet, ħbieb, fuq kollox, biex jara eżatt minn fejn bdiet il-problema.”

Kellha tkun battalja fejn l-ikbar għadu tagħha kienet hi stess. Claire ħadet l-aħbar li tbati mid-dipressjoni ġimgħat biss wara li bdiet sessjonijiet ta’ terapija.Aqra aktar

Ħruġ aktar sigur minn Ta’ Qali għal Ta’ Srina

Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid tat-triq fl-inħawi tal-Ħemsija, li se sservi bħala ħruġ iktar sigur għas-sewwieqa li jkunu qed jivvjaġġaw minn Ta’ Qali lejn Ta’ Srina, bejn ir-Rabat u Ħ’Attard.

Din it-triq, b’aċċess f’direzzjoni, waħda se tintuża bħala l-ħruġ mill-inħawi tal-villaġġ tas-snajja ta’ Ta’ Qali lejn Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, u fid-direzzjoni tat-tramuntana tal-pajjiż. B’hekk qed jispiċċa l-bżonn tas-sistema tas-sinjali tat-traffiku bid-dwal li hemm fin-naħa ta’ fuq ta’ Triq l-Imdina, ftit metri bogħod mir-roundabout Ta’ Srina.Aqra aktar

Aġġornat bil-Filmat: Żewġ persuni jinqatlu f’sensiela ta’ sparaturi fi Florida

Żewġ persuni sfaw maqtula, u 11 oħra midruba wara sensiela ta’ sparaturi fi stabbiliment tad-divertiment f’Jacksonville, Florida, fl-Istati Uniti.

L-aggressur, David Katz ta’ 24 sena minn Baltimore, qatel lilu nnifsu fuq il-post. Sorsi qalu lill-midja barranija li dan fetaħ in-nar fuq il-folla wara li tilef logħba virtwali.

Dan l-attakk huwa biss wieħed minn sensiela ta’ attakki b’arma tan-nar fl-aħħar snin fi Florida, inkluż l-isparaturi fl-istabbiliment Pulse f’Orlando fl-2016 li ħalla 49 persuna mejta, u attakk fuq skola f’Parkland fi Frar li għadda, li fih mietu 17-il persuna.

Aqra aktar

Ara: Kritika għall-opra Maltija ‘Aħna Refuġjati’

Storja bbażata fuq missier refuġjat fuq il-baħar li qed jara lill-martu u t-tifla jgħerqu u nies fuq ix-xatt qed jgħajtu biex imorru lura hija t-traġitt umanitarju u artistiku li wieħed jista’ jistenna mill-opra Maltina ‘Aħna Refuġjati’. Is-siparju fuq din l-opera se jitla’ nhar il-Ġimgħa li ġej fuq il-Fosos tal-Furjana, u hija parti mill-programm kulturali ta’ Vallett 2018.Aqra aktar

Send this to a friend