Kelly Peplow – Page 14 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Il-pulizija toħroġ 30 allegat agressur mid-dar wara rapporti ta’ vjolenza domestika

Tul l-2019, il-Pulizija ħarġet tletin allegat agressur minn djarhom wara li daħlu rapporti ta’ vjolenza domestika u t-talba għall-protezzjoni temporanja ġiet milqugħa. Dan in-numru ma jinkludix dawk l-allegat agressuri li kienu ordnati mill-Qorti joħorġu mid-dar tal-vittma, jew li ħarġu mid-dar minn jheddhom.Aqra aktar

Mart il-Prim Ministru b’messaġġ ta’ kuraġġ f’dawn iż-żminijiet ‘mhux tas-soltu li huma ta’ sfida għal kull wieħed u waħda minna’

Qed ngħixu żminijiet mhux tas-soltu li huma ta’ sfida għal kull wieħed u waħda minna. Kliem mart il-Prim Ministru, Dr. Lydia Abela f’messaġġ ta’ kuraġġ li hi tat lill-poplu Malti u Għawdxi fid-dawl tal-imxija tal-coronavirus f’Malta.Aqra aktar

“L-għaqda u s-solidarjetà spikkaw fil-mument ta’ prova” – il-President George Vella

 Is-solidarjetà u l-għaqda spikkaw fil-mument tal-prova. Dawn dejjem sħaqt fuqhom tul l-aħħar tnax-il xahar u se nibqa’ ninsisti fuqhom tul il-Presidenza.

Dan kien kliem il-President George Vella f’messaġġ li għadda lill-poplu hekk kif fakkar l-ewwel sena tal-Presidenza tiegħu nhar l-4 ta’ April.

“Kienet sena mimlija avvenimenti fuq bażi nazzjonali u internazzjonali. Il-bidu tal-Presidenza għadda minn ċirkostanzi bla preċedent, imma fl-aħħar mill-aħħar il-poplu Malti dejjem wera l-karattru veru tiegħu.”

Aqra aktar

“Kont ser nerġa’ nagħmel il-parti ta’ Ġesu iżda d-destin kellu pjanijiet oħra”

Din is-sena kien se jerġa’ jinterpreta l-parti ta’ Ġesù Kristu. Iżda d-destin u l-qagħda globali ta’ bħalissa kellhom pjanijiet oħra.

Ir-rutina ta’ Joseph Abela Galea u l-bqija tat-Tarxieniżi inbidlet għal kollox meta ttieħdet id-deċiżjoni mill-Għaqda Kultura u Armar Maria Annunzjata li l-famuża pageant fit-toroq, din is-sena ma ssirx minħabba s-sitwazzjoni b’rabta mal-Coronavirus.

Aqra aktar

Ifeġġu 11-il każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta

ikkonfermati 11-il każ ġdid ta’ Coronavirus f’pajjiżna hekk kif fl-aħħar 24 siegħa saru 659 test. Dawn il-każi l-ġodda lkoll ġew trażmessi lokalment. F’konferenza tal-aħbarijiet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li dawn il-pazjenti jinsabu fi stat tajjeb ta’ saħħa.

B’kollox f’Malta issa hawn 213-il każ ikkonfermat, li ħarġu minn 9,702 test.

Fost il-każijiet ikkonfermati l-ġimgħa hem tifla ta’ sentejn.

Aqra aktar

L-IIP jiswa mitqlu deheb fiż-żmien tal-pandemija

Il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment u l-flus li ġġenera fl-aħħar sitt snin qed jiswew mitqlu deheb fiż-żmien il-pandemija.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-IIP, Alex Muscat, spjega li fost oħrajn dawn il-flus qed jintużaw biex il-banek ikunu jistgħu jkomplu jagħtu self.

Aqra aktar

Illum fl-Italja mietu 760 persuna bil-Coronavirus…żieda ta’ mwiet minn dak tal-bieraħ

Fl-Italja, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa mietu seba’ mija u sittin ruħ wara li kienu nfettati bil-COVID-19. In-numru ta’ persuni mfejqa huwa ta’ 1,431.

Intant, fl-aħħar sigħat l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qalet li fi ftit jiem, miljun persuna madwar id-dinja se jkunu ġew infettati bil-virus COVID-19. L-Organizzazzjoni qalet li tinsab imħassba b’dawn l-aħħar żviluppi u mistennija tiddiskuti l-użu aktar wiesgħa ta’ apparat mediku fis-sigħat li ġejjin.

Skont l-aħħar ċifri mill-Università Johns Hopkins f’Maryland, l-Istati Uniti, bħalissa madwar id-dinja hawn disa’ mija, tnejn u tletin elf, sitt mija u ħames (932,605) persuni nfettati b’dan il-virus, filwaqt li n-numru globali ta’ mwiet ilaħħaq is-sebgħa u erbgħin elf, mitejn sitta u ħamsin (47,256). B’kollox 195,000 persuna fiequ mill-coronavirus madwar id-dinja.

In-numru ta’ persuni mejta fl-Istati Uniti b’rabta ma’ din il-pandemija issa jaqbeż il-ħamest elef, bi 884 persuna jmutu fl-aħħar 24 siegħa biss, inkluż tarbija ta’ sitt ġimgħat. Kawża ta’ din il-pandemija n-numru ta’ persuni mingħajr impjieg issa qabeż is-sitt miljun.

Fi Spanja, kważi disa’ mitt elf persuna tilfu l-impjieg tagħhom hekk kif il-Gvern ipprojbixxa l-ħruġ bla bżonn u għalaq bosta stabbilimenti biex ikompli jiġġieled il-pandemija. Filfatt f’Marzu r-rata ta’ qgħad fost l-Ispanjoli kienet l-ogħla waħda fl-istorja. Aktar minn għaxart elef persuna fi Spanja mietu kawża ta’ din il-pandemija.

Fir-Renju Unit kawża ta’ dan il-virus mietu b’kollox elfejn, disa’ mija, wieħed u għoxrin persuna mietu u l-Gvern Ingliż mistenni jżid l-ammont ta’ testijiet mediċi li jsiru fil-pajjiż.

 

Send this to a friend