Kelly Peplow

Notifiki

Adrian Delia jerġa jitlob għar-riżenji mingħajr ma jwieġeb akkużi serji fuqu stess

Adrian Delia reġa’ staqsa għar-riżenji billi kkwota minn rapporti fuq media li allegatament ħarġu minn leaks ta’ investigazzjonijiet . Din hi d-differenza bejn l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.  Il-Prim Ministru talab investigazzjonijiet fuqu stess u fuq allegazzjonijeit oħra li jinvolvu lil Ministru Mizzi u c-chief of Staff Keith Schembri.Aqra aktar

Il-PM isellem il-memorja tal-vittmi tal-Gwerer Dinjija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem il-memorja tal-eluf ta’ vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija f’Jum it-Tifkira. Il-Prim Ministru flimkien ma’ wħud mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż poġġew girlanda ta’ fjuri marbuta ma’ dan il-jum biswit il-monument tal-Gwerra fil-Floriana. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Identifikat missier Cristiano

Testijiet xjentifiċi ikkonfermaw min hu missier it-tarbija Cristiano, li nstab abbandunat f’Buġibba f’Settembru li għadda.

Dan żvelatu l-gazzetta Kullħadd, li żiedet tgħid li dawn l-istess testijiet xjentifiċi kkonfermaw il-verżjoni li tat l-omm dwar l-identità ta’ missier binha. Imkejjen qrib l-investigazzjoni kkonfermaw mal-gazzetta li t-tifel sab ruħu fl-għożża tas-sorijiet tal-ursolini, u li l-omm bdiet tirkupra mit-trawma li għaddiet minnha u fetħet qalbha dwar dak li għaddiet minnu.Aqra aktar

Send this to a friend