Kelly Peplow

Notifiki

Malta l-aktar pajjiż fl-Ewropa li jagħti appoġġ lil studenti f’istituzzjonijiet tal-edukazzjoni terzjarja

Malta hija l-aktar pajjiż fl-Ewropa li joffri appoġġ lil studenti f’istituzzjonijiet tal-edukazzjoni terzjarja.

Dan ikkonfermah rapport tal-Unjoni Ewropea li stħarreġ is-sena skolastika 2017-2018, u li ta importanza lil ħlasijiet minn studenti biex jistudjaw u servizzi differenti ta’ appoġġ lill-istess studenti. Aqra aktar

Malta tħeġġeġ għal appoġġ qawwi lin-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-Jemen

Wara li ma rnexxiex isiru taħditiet dwar il-Jemen, u meta wieħed iqis il-waqfien mill-ġlied fir-rigward tal-port ewlieni ta’ Hodeidah, hemm bżonn li f’dan il-mument delikat in-Nazzjonijiet Magħquda tingħata appoġġ qawwi u konkret, qal il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela. Irrispettivament minn kemm huwa qasir iż-żmien biex tittieħed azzjoni, jixraq li l-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NM għall-Jemen, Martin Griffiths, ikollu l-akbar setgħa possibbli biex jaġixxi, sabiex il-proposti tiegħu biex tonqos il-vjolenza u jsiru negozjati taħt l-awspiċi tan-NM jiksbu l-istima u l-fiduċja. Barra minn hekk, anki l-Programm Dinji tal-Ikel (il-WFP) jeħtieġ l-għodda biex jasal għand aktar partijiet tal-popolazzjoni tal-Jemen, hekk kif il-pajjiż qed jersaq lejn ġuħ li jkun wieħed mill-agħar li jiftakar il-bniedem. Aqra aktar

Anqas tfal u addoloxxenti fil-faqar jew esklużjoni soċjali

Ċifri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru tnaqqis ta’ 9,000 tifel u tifla li ħarġu mill-faqar u l-esklużjoni soċjali.

L-istatistika turi li bejn l-2013 u l-2017, elfejn tifel u tifla taħt is-sitt snin u 3,000 ta’ bejn is-sitta u l-għaxar snin ma baqgħux fil-faqar jew f’esklużjoni soċjali.

Dan jirriżulta minn statistika ppubblika lejlet il-Jum Dinji tat-Tfal meta mqabbla mas-sitwazzjoni kif kienet fl-2-13 skont statistika tal-Eurostat.Aqra aktar

Minkejja t-tifrik tal-gwerra, baqgħet sħiħa

Il-Parroċċa ta’ Bormla qed tiftaħ is-sena anniversarja li tfakkar il-75 Anniversarju mill-Pellegrinaġġ bil-Vara u l-Kwadru Titulari ta’ Marija Immakulata minn Birkirkara għal Bormla. Dan il-Pellegrinaġġ Nazzjonali oriġinarjament kien sar bħala ringrazzjament lil ’l Alla għax il-Knisja Kolleġġjata ta’ Marija Immakulata kienet baqgħet wieqfa minkejja l-attakki tal-għadu mill-ajru  fl-inħawi matul it-Tieni Gwerra Dinjija ta’ bejn l-1939 u l-1945, speċjalment  minħabba  li tinsab viċin ħafna tat-Tarzna ta’ Malta.

Aqra aktar

“Ħafna mill-ftehim dwar Brexit huwa ta’ żvantaġġ għar-Renju Unit”- Alfred Sant

Ħafna mill-arranġamenti dwar kif se jkunu r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit fil-futur għadhom fl-ajru u ħafna mill-ftehim li ntlaħaq dwar il-firda tal-Brexit bejn iż-żewġ naħat huwa żbilanċjat kontra r-Renju Unit. Minħabba f’hekk, is-sitwazzjoni politika fir-Renju Unit hi drammatika sew, qal Alfred Sant fil-programm televiżiv Kalamita. Aqra aktar

Send this to a friend