Kelly Peplow – Page 133 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Bil-Filmat: Ajruplan żgħir jispiċċa fuq il-ħaxix waqt l-inżul fl-Ajruport

Runway fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ingħalqet għal ftit ħin wara li ajruplan żgħir spiċċa fuq il-ħaxix waqt il-ħin tal-inżul.

Jidher li l-ajruplan saritlu xi ħsara f’dan l-inċident, iżda ħadd ma weġġa’.

L-Operazzjonijiet tal-ajruport ma kinux affettwati.

 

 

 

Lura għan-normal il-provvista tal-ilma fin-naħa t’isfel ta’ Malta

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li l-ħsara estensiva li affetwat il-provisita tal-ilma sa mill-bieraħ, fl-inħawi tal-Kottonera ġiet solvuta.

Il-Korporazzjoni terġa tiskuża ruħha mall-pubbliku għal dan l-inkovenjent u tirringrazzja lil ħaddiema li bla waqfien ħadmu f’kundizzjonijiet diffiċli sabiex il-ħsara tissolva mill-aktar fis.Aqra aktar

“Delia ma jgħidx kelma pożittiva dwar pajjiżna”- il-PL

Id-diskors tal-lum tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien diskors isteriku, u identitiku ta’ kull diskors li kien jagħmel il-Kap preċedenti Simon Busuttil qabel l-elezzjoni, liema elezzjoni wriet biċ-ċar li din hi politika skaduta.

Id-diskors ta’ Delia kien attakk sħiħ lejn l-istituzzjonijiet tal-pajjiż, partikolarment l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju, diskors negattiv u mweħħel fil-passat mingħajr viżjoni għall-futur. Aqra aktar

Tagħrif buttuna ‘l bogħod- MyHealth storja ta’ suċċess

Aktar minn 50,000 pazjent taw il-kunsens tagħhom lil tobba tal-għażla tagħhom biex jaraw it-tagħrif mediku tagħhom fuq myHealth. Barra minn hekk, madwar 17,000 pazjent għamlu użu direttament huma stess minn dan is-servizz. Sa tliet snin ilu dawn iż-żewġ ċifri kienu inqas minn 5,000 u inqas minn 2,000 rispettivament.

MyHealth huwa l-portal tal-Gvern li jagħti aċċess għal diversi servizzi tas-saħħa  lill-pazjenti u t-tobba. Permezz tal-myhealth wieħed jista’ jkollu fost oħrajn:  sommarji dwar il-kura li jkun ingħata l-pazjent waqt li jkun rikoverat l-isptar, riżultat tat-testijiet tal-laboratorju li jinħadmu l-isptar, rapporti dwar l-X-rays li jittieħdu fl-isptar u fiċ-ċentri tas-saħħa u jara l-appuntamenti li wieħed għandu fl-isptarijiet u fiċ-ċentri tas-saħħa.Aqra aktar

Send this to a friend