Kelly Peplow – Page 13 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

13-il każ ġdid ta’ Coronavirus f’pajjiżna

Tul l-aħħar 24 siegħa feġġew 13-il każ ta’ COVID-19 f’pajjiżna minn fost  1,022 test. Dan ifisser li issa Malta għandha total ta’ 412-il każ ta’ Coronavirus li ħarġu minn 21,164 test li sar. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci qalet ukoll li 38 persuna oħra fiequ minn din il-marda biex issa għandna total ta’ 82 persuna mfejqa. Fl-istess ħin żewġ pazjenti għadhom qed jinżammu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei, b’wieħed minnhom għadu fuq il-ventilatur.Aqra aktar

Fond ta’ €75,000 għas-settur artistiku

€75,000 mill-Fond Malti għall-Arti se jagħmlu tajjeb għas-settur kulturali lokali li ntlaqat b’mod negattiv mill-pandemija COVID-19. Fi stqarrija l-Ministeru għall-Arti u l-Kunsill Malti għall-Arti spjegaw li dawn il-flus mistennija jkunu investiti fi proġetti jew inizjattivi kulturali li jindirizzaw l-impatt negattiv tal-pandemija fuq dan is-settur.Aqra aktar

Fl-Indja: Estiża l-lockdown minħabba l-imxija tal-Coronavirus

Il-lockdown fl-Indja ġiet estiża b’xahar ieħor sat-tlieta ta’ Mejju bil-għan li l-pajjiż ikompli jnaqqas it-tixrid tal-virus Coronavirus. Il-Prim Minsitru Neranda Modi kkonferma dan it-Tlieta, il-jum li fih kellu jintemm il-lockdown oriġinarjament. Il-pajjiż ilu taħt din ir-restrizzjoni mill-25 ta’ Marzu. F’dan il-pajjiż ġew ikkonfermati ftit anqas minn disat elef każ ta’ Coronavirus, bin-numru ta’ mwiet ilaħħaw it-339. Aqra aktar

In-nirien f’Chernobyl ikkontrollati

In-nirien li fl-aħħar sigħat ħadu biswit iż-żona abbadunata ta’ Chernobyl issa jinsabu taħt kontroll. Dan ikkonfermawh l-awtoritajiet Ukreni wara li wrew tħassib li dawn in-nirien se jeqirdu s-sit storiku. Dawn jidher li waslu sa kilometru ‘l bogħod mis-sit qabel ma ġew ikkontrollati. Aqra aktar

Imniedi helpline 24/7 għas-saħħa mentali matul l-imxija tal-Coronavirus

Tnieda l-helpine 1770, li se jipprovdi għajnuna u appoġġ 24 siegħa kuljum  lil persuni li jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali f’dan iż-żmien. Dan sar b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Fondazzjoni Richmond. Aqra aktar

Il-Ministri tal-Finanzi Ewropej jilħqu ftehim fuq pakkett ta’ miżuri biex jgħinu f’din il-kriżi ekonomika


Il-Ministri għall-Finanzi Ewropej laħqu ftehim dwar pakkett finanzjarju ta’ €500 biljun li se jgħin lil Stati Membri tal-Unjoni Ewropea joħorġu mill-kriżi ekonomika li ġabet magħha l-pandemija tal-Coronavirus fl-Ewropa. Aqra aktar

Send this to a friend