Francesco Borg – Page 4 – One News

Francesco Borg

80,000 bozza biex iżejjen id-dar tiegħu fil-Mosta

Bi tmenin elf bozza idawwal kemm il-faċċata u ġewwa dar tiegħu.

Uħud iteptpu, oħrajn jgħammxuk.

Charlie Vella ħoloq attrazzjoni unika ġewwa dar tiegħu fit-Triq Dun Ġwann Pulliċino fil-Mosta li ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta..

Id-“dawl” tal-Milied beda fil-Ġermanja fis-seklu tmintax bil-mixgħela tax-xemgħa, li għal dak iż-żmien kien mezz li ma kienx jiflaħ għalih kulħadd. Kienet tradizzjoni tas-sinjuri li wara l-ikla tal-Milied, jinġabru madwar is-siġra tal-Milied armata bix-xemgħa, jixgħeluhom, ikantaw l-għanjiet u jiftħu r-rigali.

Charlie Vella saħaq li preparamenti jibdew minn Ottubru.

Vella stqar magħna li hu jitpaxxa jisma’ l-għanijiet tal-Milied f’dan iż-żmien tas-sena. Kompla jgħid ukoll li ftit ta’ żmien ilu kien ukoll jagħmel festin kbir lil residenti kollha ta’ triq, fejn kien iżejjen it-triq bl-ifjen armar u kien idaħħal li triq kollha fl-ispirtu tal-Milied.

Ikla bejn l-anzjani li jeħtieġu l-wens


Bil-pjaga tas-solitudni tolqot firxa kbira ta’ anzjani, għat-tielet sena konsekuttiva is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva flimkien mal-komunità għall-ħarsien organizzaw ikla għall-anzjani għal żmien il-Milied. Aqra aktar

Send this to a friend