Francesco Borg – Page 3 – One News

Francesco Borg

Notifiki

ARA: L-aħħar preparamenti qabel jerġa’ jibda l-Quddies fil-knejjes

Tul tmiem din il-ġimgħa, il-Knisja Kattolika f’Malta mhux biss se tiċċelebra l-festa ta’ Corpus, iżda se tkun ukoll qed timmarka ukoll il-ftuħ mill-ġdid tal-knejjes għal parruċċani, għal quddies ta’ kuljum.

Lejlet li l-knejjes jerġgħu jiftħu, żorna waħda mill-knejjes sbieħ li għanda f’pajjiżna, dik ta’Sant’Andrija f’Ħal Luqa.

Hemm hekk sibna lill-Kappillan Dun Michael Zammit flimkien mas-sagristan iħejju biex wara tliet xhur magħluqa, jerġgħu jibdew jilqgħu n-nies.

“Il-festa ta’ Corpus, propju l-Isqof tagħna u l-isqfijiet tagħna ħassew il-bżonn li jiftħu l-Knejjes, propju fil-jum ta’ Corpus. Hekk kif il-poplu kien nieqes mil-Ewkaristija issa minn nhar il-Ħadd, il-festa tal-Ewkaristija se jerġa’ jirċievi l-ewkaristija għal-ewwel darba wara tliet xhur,” qal il-Kappillan.

Is-Sagristan Andrew Coleiro spjega  kif il-preparamenti bdew minn kmieni dan ix-xahar hekk kif għal jiem li ġejjin issa se ikollu iktar xogħol.

“Is-siġġijiet, neħħejna l-bankijiet, nippreparaw mal-Kappilan is-siġġijiet u nkejlu kif għandhom jiġu, biex ma joqgħodux hdejn xulxin,” spjega s-Sur Coleiro.

Dun Michael Zammit, saħaq li għalkemm il-Knisja ddedikata lil Sant’Andrija hija kbira, l-ammont li tista tilqa’ fiha huwa ta’ disgħin persuna. Għalhekk huwa ħareġ bl-inizjattiva biex tibda issir quddies ġewwa l-bitħa ta’ ċentru parrokjali ġewwa Ħal Luqa biex b’hekk ħamsa u sebgħin persuna oħra għandhom iċ-ċans li jiċċelebraw is-sagrament tal-Ewkaristija.

Huwa spjega kif il-qari se jinqara minn persuna waħda u fl-għoti tal-paċi mhux se jkun hemm bżonn kuntatt jew li tieħu b’idejn in-nies. Qal ukoll li l-proċess ta’ tqarbin se jkun differenti min dak tas-soltu.

“It-tqarbin se jkun differenti. It-tqarbin ħa jkun li l-ġisem ta’ Kristu u l-Amen , mhux se ngħiduhom kull darba. Ħa jgħidha darba saċerdot fuq l-artal, iwieġeb kulħadd amen, imbagħad is-saċerdot liebes il-visor jinżel iqarben il-poplu billi jagħtihom is-sagrament u ma jgħid xejn. Dak il-ħin ovvjament jgħolli jew ineħħu l-maskra u jirċievu sagrament,” stqarr Dun Zammit.

Il-Kappillan Zammit saħaq li ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Corpus Domini ta’ din is-sena se jkunu differenti ukoll hekk kif għal din is-sena il-parruċani Luqin mhumiex mitluba li jimxu wara is-sagrament.

“Il-purċissjoni ta’ Corpus li se tkun differenti min ta’ soltu. Ħa issir purċissjoni li se tgħaddi rota iqsar u ħa jkunu qed iduru sagrament f’din ir-rota ma’ erba’ fratelli. In-nies huma mħeġġa li jippartiċipaw billi mhux jimxu wara sagrament imma joħorġu fil-bieb ta dar, fit-tieqa jew fil-gallerija u isellmu l-Ewkaristija huwa u jgħaddi minn quddiem id-dar tagħhom,” qal il-Kappillan Zammit.

Intant fuq knisja.mt wieħed jista isib dettalji ta’ fejn se jkun qed isir il-quddies filwaqt li tista’ ssib informazzjoni dwar il-ħinijiet.

BIL-FILMAT: Iffirmat ftehim li se jkompli jiġġieled il-vjolenza domestika

Il-Kummissjoni kontra l-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-MCAST ffirmaw ftehim għat-tliet snin li ġejjin, biex tiġi indirizzata u jitqajjem għarfien dwar il-pjaga soċjali tal-vjolenza domestika.

Fil-fatt b’dan il-memorandum of understanding, se jsiru anke korsijiet relatati mas-suġġett ta’ vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru. Il-Kummissjoni kontra l-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru se tkun qed toffri l-għarfien espert tagħha f’dan is-settur. Il-korsijiet, apparti t-tagħlim teoretiku fil-klassi, se jinkludu opportunitajiet ta’ esperjenzi għall-istudenti u riċerka.

Il-Kummissarju għall-Vjolenza Domestika Audrey Friggieri se tkun qed toffri l-għarfien espert tagħha f’dan is-settur.

Aqra aktar

Raġel jinżamm arrestat wara li ġie akkużat b’ħasil ta’ flus

Raġel ta’ 56 sena minn Bormla nżamm arrestat wara li tressaq il-qorti akkużat li nhar it-3 ta’ Ġunju, jew qabel għamel atti ta’ ħasil ta’ flus billi kkonverta jew trasferixxa proprjetà meta kien jaf li l-istess proprjetà inkisbet b’attività kriminali u talli prova jagħmel attività llegali fuq l-istess proprjetà.

Ir-raġel ġie akkużat ukoll li aġixxa bħala kompliċi f’dawn l-illegalitajiet.

Aqra aktar

Imnedija kampanja għall-protezzjoni tal-baħar mill-plastik

Fil-jum dinji ddedikat għall-ħarsien tal-baħar tnediet kampanja nazzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu biex titqajjem kuxjenza dwar l-użu tal-plastik li jintuża darba biss.

Din il-kampnja tħeġġeġ lill-pubbliku biex meta jmur jgħum jieħu miegħu flixkun li jsta’ jerġa’ jintuża, ma jużax tazzi, pożati u basktijiet tal-plastik u jarmi l-loqom tas-sigaretti f’kontenituri apposta.

Aqra aktar

ARA: It-torri u l-arloġġ fl-Imtarfa jinfirdu

Wara 520 sena, l-arloġġ li minn dejjem kien ħaġa waħda mat-torri tal-Imtarfa, inqala’ minn mal-istruttura biex isirlu xogħol ta’ restawr estensiv li jirrispetta l-awtentiċità tal-post.

Dan ix-xogħol mistenni jieħu l-arloġġ lura għall-glorja oriġinali tiegħu, għal dak li raw l-Ingliżi aktar minn ċentinarju ilu. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Jinfetaħ ċentru ġdid tal-Medjazzjoni

Ġie inawgurat ċentru tal-Medjazzjoni ġdid ġewwa l-Belt Valletta sabiex jassisti li ċittadin li ikun irid isolvi tilwim ċivili, kummerċjali jew industrijali u ma jkunx irrid jidħol l-Qorti.

Dan iċ-ċentru tal-Medjazzjoni  ġie stabbilit bl-iskop li jipprovdi forum fejn żewġ partijiet jew aktar jistgħu volontarjament jissottomettu flimkien talba għal medjazzjoni quddiem iċ-Ċentru.Fil-proċess, medjatur jaġixxi bħala terza  persuna mparzjali bl-għan li jiffaċilita n-negozjati bejn il-partijiet sabiex  jgħinhom isolvu t-tilwim tagħhom billi jilħqu ftehim volontarju u f’waqtu.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: 3 siti ġodda jingħaqdu mal-lista ta’ Natura 2000

Fil-jum internazzjonali għall-Ambjent tħabbar li tliet żoni ġodda ser ikunu qed jingħataw iktar protezzjoni billi jiffurmaw parti min-network tal-Unjoni Ewropea Natura elfejn.

Is-siti ġodda li ser ikunu qed jiżdiedu mal-lista huma Tal-Wej, limiti tal-Mosta, Ħas-Saptan, limiti ta’ Birżebbuġa, u Wied il-Mielaħ li jinsab fil-limiti tal-Għarb, Għawdex.

Aqra aktar

Xammru l-kmiem biex joffru daqqa t’id

Numru kbir ta’ voluntiera offrew għaxart elef siegħa minn ħinhom biex flimkien jgħinu lis-servizzi tas-saħħa f’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji tal-pandemija tal-COVID-19.

Dan wara li l-Malta Health Netwrok u l-VolServ ingħaqdu flimkien biex jgħinu lit-taqsima tas-saħħa pubblika f’dan il-perjodu delikat.Aqra aktar

Il-każini sodisfatti bl-għotja mgħotija mill-Gvern 

Diversi każini tal-banda Maltin u Għawdxin esprimew is-sodisfazzjon tagħhom hekk kif bdew jirċievu l-għajnuna finanzjarja li ngħataw mill-Gvern sabiex itaffu ftit mill-effett li ħalliet fuqhom il-Covid-19.

Il-gvern ta’ s-somma ta’ mitejn elf ewro lill-Għaqda Każini tal-Banda, sabiex il-fondi jitqassmu bejn il-Każini tal-Banda kollha ta’ Malta u Għawdex.Aqra aktar

Send this to a friend