Francesco Borg – Page 2 – One News

Francesco Borg

Notifiki

Ara x’qalulna t-tfal fl-ewwel jum ta’ Skolasajf

Dik ta’ l-Erbgħa filgħodu kienet għodwa mimlija emozzjonijiet għal studenti, ġenituri u l-edukaturi.

Tliet xhur u nofs wara li l-iskejjel għalqu l-bibien, dawn reġgħu fetħu, l-btieħi tal-iskejjel reġgħu bdew jaraw l-attività bil-logħob tat-tfal, il-klassijiet mimlija ħajja u ma naqasx ukoll l-għajjat u l-ilħna hienja tat-tfal.

Aqra aktar

Vettura ġdida li se twassal l-anzjani fiċ-ċentru tal-Birgu

Mit-Tnejn li ġej, il-Kunsil Lokali tal-Birgu se jniedi  is-servizz ta’ transport b’xejn lir-residenti anzjani u persuni vulnerabbli għal bżonnijiet ta’ kuljum.

Is-servizz qed jingħata permezz ta’ din il-vettura  li taħdem bl-elettriku li l-Kunsill xtara bl-għajnuna ta’ għotja ta’ erbgħin elf ewro mill-Fondazzjoni  Wirt Artna, mill-Fondazzjoni Alfred Mizzi u mill-marina tal-Port il-Kbir. Minbarra li jgħin lill-anzjani u lill-persuni b’diżabilità, il-proġett għandu l-għan ewlieni li jnaqqas in-numri ta’ vetturi li jgħaddu miċ-ċentru tal-Birgu.

Is-sindku tal-Birgu John Boxall saħaq li dan is-servizz se jgħin lil residenti li minħabba t-turġien u tlajja’ kienu jaqtgħu qalbhom biex jersqu lejn il-qalba tal-Birgu.

“Iċemplu minn jumejn qabel, u nara il-ħinijiet, pereżempju dak l-anzjan partikolari irrid immur il-policlinic, irrid immur issaraf iċ-ċekk, irrid immur jistaqsi, imbagħad allura aħna nibbukjaw biex nkunu nistgħu naqdu lil anzjani fil-bżonnijiet tagħhom.”

Il-Ministru għall-Gvern Lokali, Josè Herrera qal li dan is-servizz qed jagħti aktar dinjità u indipendenza lill-anzjani u persuni vulnerabbli filwaqt li jnaqqas it-tniġġis fl-arja.

“Il-fatt li l-għażla tal-vann kien wieħed tal-elettriku u mhux li jimxi bil-karbonju, jagħti messaġ qawwi, aħna Malta għadna l-obbligi tagħna li qed on point at time ma nħallux l-importazzjoni ta’ dawn it-tip ta’ karozzi li jimxu bil-karbonju.”

 

Il-preċett u l-griżma se jsiru fit-tliet xhur li ġejjin

Il-Knisja f’Malta ppubblikat linji gwida dwar kif għandhom isiru ċ-ċelebrazzjonijiet  tas-sagramenti tal-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof.

Fid-dokument, il-paroċċi huma mħeġġa jorganizzaw iċ-ċelebrazzjonijiet tas-sagramenti fit-tliet xhur li ġejjin. Aqra aktar

Is-servizz pubbliku ħareġ bl-unuri waqt l-imxija

Lejliet il-jum Internazzjonali tas-Servizz Pubbliku, il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ mas-Segretarju Permanenti Prinċipali Mario Cutajar u 20 Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeri. Aqra aktar

Id-demm tiegħu għen tifla ta’ ħames snin marida bil-kanċer

Tifla Għawdxija ta’ ħames snin marida bil-kanċer hija waħda fost għexerien ta’ persuni li bbenefikaw mid-demm li ta donatur li ilu minn ċkunitu jagħti d-demm, u llum ta aktar minn 113-il donazzjoni.

Fil-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm, dan l-istazzjon tkellem ma’ Claude Camilleri, li ilu jagħti d-demm min Ottubru tal-1992. Aqra aktar

Send this to a friend