Felix Agius – One News

Felix Agius

Felix Agius twieled fil-21 ta’ Marzu, 1948. Studja fl-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żabbar, imbagħad kompla l-edukazzjoni sekondarja u terzjarja fil-Liċeo tal-Ħamrun. Aktar tard kiseb diploma fil-Ġurnalizmu mill-International Institute of Journalism ta’ Berlin. Agius beda l-karriera fil-ġurnalizmu madwar 50 sena ilu, meta ngħaqad mal-ġurnal tal-Partit Laburista ‘Iż-Żmien’ li kien jinħadem u jkun stampat fil-Freedom Press. Wara huwa ingħaqad mal-Union Press bħala sub-editor mal-ġurnal bl-Ingliż ‘Malta News’. Għamel xi żmien fid-Dipartiment tal-iSports qabel fl-1981 inħatar editor tal-ġurnal ‘l-Orizzont’. Dam f’din il-kariga aktar minn 11-il sena, għax fis-sena 1993 huwa ingħaqad mal-gazzetta ‘KullĦadd’, (ukoll tal-Partit Laburista) bħala Editur Eżekuttiv, liema kariga dam jokkupaha sakemm irtira mix-xogħol disa’ snin ilu.

Notifiki

Abbuż mill-privileġġ parlamentari

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li huwa wkoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Gustizzja, huwa avukat. Bħala avukat lili – u lil ħafna minnkom – bħala ċittadini komuni, suppost li jgħallimna ħafna dwar aspetti legali. Dwar il-liġijiet ta’ pajjiżna. Suppost jgħallimna li ħadd ma jista’ jkun prosekutur, ġurat u ġudikant fl-istess ħin. Aqra aktar

Biex is-sagrifiċċji li għamilna ma jisfumawx fix-xejn

Illum, it-Tnejn, ir-raba’ jum ta’ Mejju tas-sena 2020. Huwa jum li se jitniżżel fl-istorja ta’ pajjiżna bħala l-jum li fih bdejna l-mixja lejn normalità ġdida wara li għal numru ta’ ġimgħat, ilkoll kemm aħna, konna nkwetati, konna mħassbin, minħabba l-mixja tal-COVID-19. Imma jkun żball kbir jekk naħsbu li m’għandniex għalfejn ninkwetaw iżjed. Kif tgħid ripetutament is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, Charlmaine Gauci, il-virus għadu jdur magħna.  Aqra aktar

Grazzi kbira minn qiegħ qalbna

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charlmaine Gauci ilha issa gimgħat sħaħ, ta’ kuljum taġġornana dwar dak kollu li qiegħed jiġri f’pajjiżna fil-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Aqra aktar

Biex il-Mediterran ma jibqax qabar

Aktar minn ħames snin ilu, kont nattendi regolarment s-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew li kienu jsiru fi Strasburgu. Tista’ tgħid li f’kull seduta kienet tissemma l-problema tal-immigranti li jaħarbu mil-Libja fi tfittxija għall-ġejjieni aħjar fl-Ewropa. Aqra aktar

Hekk kienu, hekk jibqgħu

Pajjiżna għaddej minn sitwazzjoni diffiċli. Sitwazzjoni li ħafna minna, biex ma ngħidx ħadd minna, qatt ma esperjenzawha. Sitwazzjoni li tinħtieġ li lkoll kemm aħna, aħna min aħna, niġbdu ħabel wieħed biex noħorġu minnha bl-inqas danni possibbli. Aqra aktar

Ngħixu s-suċċess bil-fatti f’idejna

Il-Milied qiegħed joqrob ġmielu.  Dawk dilettanti tal-presepji għaddejjin bl-aħħar tħejjijiet tagħhom biex jikkuntentaw mill-aħjar li jistgħu lil dawk li ta’ kull sena l-gost tagħhom iżuru l-presepji.  Mhux biss.  Diġa bdejna naraw, ‘l hemm u ‘l hawn, xi Father Christmas imdendel mal-gallerija.  U t-toroq tal-Belt diġà nxtegħlu.Aqra aktar

Ma jirriflettux it-tagħlim tal-Knisja

Jiżbalja min jaħseb li ċerti affarijiet ma nerġgħu narawhom qatt iżjed. Min jaf kemm hawn min jaħseb li l-affarijiet redikoli b’riżultat tal-piki fil-festa, huma xi haġa tal-imgħoddi.  Imma mhux hekk hu.

Propju din f’Tas-Sliema u f’San Ġiljan, spikkaw banners li ttellgħu minn xi partitarji tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta,u partitarji tal-festa ta’ San Girgor f’Tas-Sliema. Wieħed minn dawn il-banners kien jghid: ‘Il-vara tagħna hija l-isbaħ waħda, waqt li tagħkom hija l-ikreh waħda fid-dinja’.

Jista’ jkun li l-kliem m’huwiex eżatt, imma ma nistax nifhem kif f’dawn iż-żminijiet għad hawn min jasal biex joqgħod jitgħajjar bil-‘kruha’ ta’ xi statwa.  Għamlu tajjeb iċ-ċaħdiet uffiċjali, imma jkun aħjar jekk nedukaw lill-partitarji.

Aħbar agħar. L-għaqda li ssejjah lilha nnifsha Soċjetà Maltija se tagħmel dimostrazzjoni fil-Belt bħala reazzjoni għall-Gay Pride u matulha se jingħad ir-ruzarju. Irriklamat din l-attivita’ bħala ‘rosary rally ta’ riparazzjoni lil Alla għall-Malta Gay Parade 2018 u l-aġenda tal-LGBT’.

Aħbar li fakkritni fir-rallies li kienu jsiru fis-snin sittin li kienu jsiru bħala riparazzjoni lil Alla f’kull lokal fejn il-Partit Laburista, li allura kien ikkundannat mill-Knisja, kien jagħmel mass meeting.  Niftakar f’wieħed partikolari, f’belt twelidi, Haż-Żabbar, meta kienu saħansitra ħarġu l-vara tal-Madonna tal-Grazzja.

Jien kont naħseb li dawn l-affarijiet qatt mhu se narahom iżjed.  Imma nħoss li l-Knisja għandha r-responsabbilta’ li mhux biss iżżomm ‘il bogħod minn dawn l-attivitajiet, imma għandha tagħmel minn kollox u tinsisti mal-organizzaturi biex dawn l-istess attivitajiet ma jsirux.

Żgur li dawn l-attivitajiet ma jirriflettux it-tagħlim tal-Knisja Kattolika tal-lum, bit-tmexxija tal-Papa Franġisku.

 

David Casa għandu jitlob skuża

F’dawn l-aħħar jiem, wara li sirna nafu li bħala konsulenti tiegħu, l-Ewro-Parlamentari David Casa qed jimpjega lil zijuh u lir-raġel ta’ oħtu, l-istess David Casa, biex jiddefendi ruħu, qiegħed kważi ta’ kuljum jinsisti li lilu ħadd mhu se jwaqqfu milli jkompli jagħmel xogħolu għal pajjiżna.  Fl-interess ta’ pajjiżna.

U x’inhu jagħmel fl-interess ta’ pajjiżna?  Qiegħed jipprova kontinwament ipinġi lill-Gvern Malti f’dawl ikrah biex forsi jagħmel ftit ħoss, issa aktar minn qatt qabel, għax fi ftit xhur oħra, se jkollna l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew u ċertament li David Casa ma jridx jitlef postu, għax minnbarra li qiegħed ipappiha tajjeb hu, qegħdin ipappuha tajjeb ukoll dawk li huma qrib tiegħu.Aqra aktar

Send this to a friend