Eman Portelli – Page 80 – One News

Eman Portelli

Notifiki

Se jsir tibdil notevoli fil-ħabs ta’ Kordin

Il-Ministeru għall-Intern u għas-Saħħa għaddejjin b’ħidma biex jifformolaw liġi ġdida biex id-droġi sintetiċi kollha jsiru illegali.

Dan biex fost oħrajn tkompli tiġi indirizzata d-droga fil-ħabs. Hu mifhum li fl-aħħar snin, kienet qed tidħol fil-ħabs droga sintetika li ma kinitx illegali, u minħabba f’hekk, il-Puliżija ma setgħetx tieħu passi kontra l-individwu.Aqra aktar

Ħaddiema ta’ Google ħarġu fuq strajk wara każijiet ta’ fastidju sesswali

Ħaddiema tal-kumpanija Google f’diversi uffiċini madwar id-dinja ħarġu ‘l barra fuq strajk minħabba t-trattament tal-kumpanija fuq il-ħaddiema tagħha, hekk kif hemm minnhom li qed ikunu ffastiddjati sesswalment.

Il-ħaddiema ilhom iħossu dan in-nuqqas matul iż-żmien iżda l-aħbar li qajmet il-qiegħa kienet li fl-aħħar ġimgħa, Andy Rubin, uffiċjal eżekkutiv għoli, ngħata somma ta’ $90 miljun biex jirriżenja wara li saret allegazzjoni ta’ fastidju fil-konfront tiegħu.

L-ewwel protesta saret fl-uffiċini ta’ Tokyo fil-11:10 ta’ filgħodu, filwaqt il-protesti li komplew f’Singapore, l-Iżrael, fl-Iżviżżera, fil-Ġermanja u fl-Ingilterra.

Il-Kap Eżekkutiv tal-Google, Sundar Pichai qal li kumpanija qegħda tappoġġja lil dawk li qed jieħdu sehem fil-protesti u li l-kumpanija se tieħu miżuri sabiex affarijiet bħal dawn ma jerġux jirrepetu ruħhom.

Dawk li ħarġu jipprotestaw qed jitolbu li kulħadd ikun stmat l-istess, li kulħadd ikollu l-istess pagi u opportunitajiet.

Send this to a friend