F’Marsaxlokk se tkun qed issir pixxina tal-ogħla livell b’investiment ta’ ‘l fuq minn żewġ miljun u nofs ewro.Aqra aktar

F’Marsaxlokk se tkun qed issir pixxina tal-ogħla livell b’investiment ta’ ‘l fuq minn żewġ miljun u nofs ewro.Aqra aktar
Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, li huwa s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.Aqra aktar
Statistika ppubblikata fil-gazzetta internazzjonali ‘Financial Times’, turi kif Malta hija mal-aqwa seba’ pajjiżi fid-dinja li laqqmet nies għal kontra l-Covid-19.Aqra aktar
Malta se tkompli tteni l-appoġġ sħiħ għal koordinazzjoni kontinwa li tinsab għaddejja fl-Unjoni Ewropea dwar il-pandemija tal-Covid-19.Aqra aktar
It-Tnejn wara nofsinhar, Oliver Scicluna ħa l-ġurament ta’ Membru Parlamentari.
Scicluna nħatar Deputat Laburista, hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela ppropona lil Oliver Scicluna sabiex jinħatar deputat.Aqra aktar
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA qed tinvestiga allegat każ ta’ abbuż razzjali fuq it-tfajla żagħżugħa, Maya Lucia waqt li kienet qed tilgħab mat-tim tan-nisa ta’ Għargħur Rovers, fil-kampjonat ta’ taħt id-dsatax-il sena.
Il-każ ġara lbieraħ, hekk kif it-tim li tilgħab miegħu Maya lagħab kontra t-tim tal-Mosta fil-grawnd ta’ Wied il-Għajn, fejn ġenituri tat-tim oppost għajruha b’missierha waqt din il-logħba futbol.
F’messaġġ fuq Facebook, it-tfajla spjegat kif ilha żmien ma tikteb fuq il-paġna tagħha, iżda din id-darba ma felħitx ma tgħid xejn.
Sostniet kif fl-2021 m’għandhomx jibqgħu jiġu wżati dawn it-tip ta’ kummenti speċjalment meta l-istess kummenti dispreġjattivi ntqalu minn ġenituri ta’ plejers tat-tim oppost.
Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol esprimiet solidarjetà ma’ Lucia, li hija wkoll plejer tat-tim nazzjonali tan-nisa. Innutat kif bħalissa għaddej proċess sabiex tinġabar iżjed informazzjoni dwar dan il-każ. L-MFA saħqet kif hija tikkundanna kull forma ta’ razziżmu.
Fuq Facebook, it-tim ta’ Maya kkundana dan l-att mingħand ġenitur li kien barra l-grawnd, fejn ġie kkonfermat li se tittieħed azzjoni mill-MFA u mill-pulizija.
Kienu bosta li kkummentaw u wrew id-dispjaċir tagħhom fejn sostnew kif misshom jistħu jgħaddu kummenti hekk speċjalment minn ġenituri li suppost ikunu ta’ eżempju.
Fosthom kien hemm, il-Prim Ministru Robert Abela li fuq Twitter qal kif li żagħżugħa tkun abbużata minħabba r-razza ma tistax tibqa’ ir-realtà tal-isportivi Maltin. Saħaq kif flimkien irridu nibnu soċjetà fejn kulħadd ikun trattat b’rispett, fejn id-diskriminazzjoni titneħħa mis-soċjetà.
That a young sportswoman is abused because of her skin colour cannot remain “the reality of being an athlete in #Malta”. Together we will build a society where everyone is treated with #respect and where #discrimination fades in the oblivion it deserves – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) January 18, 2021
Waqt intervista online fuq is-sit tal-gazzetta MaltaToday li saret mill-ġurnalist veteran Reno Bugeja, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ikkonferma li ma jrid jipproponi xejn għall-pajjiż.
Waqt pandemija, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li jkun iblah jekk jipproponi xi ħaġa għal Malta.
Qal, “Irrid inkun iblah li jien nipproponi noħroġ hemm barra dak kollu illi jien nixtieq inbiddel jien f’dan il-pajjiż.”Aqra aktar
Filandiż ta’ 31 sena li jgħix l-Imrieħel indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa.Aqra aktar
Dan huwa Francis Massa, li huwa wieħed mill-ewwel membri fl-eżekuttiv tal-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Laburista, illum imsejjaħ il-Forum Żgħażagħ Laburisti.
Fil-jum li l-Forum Żgħażagħ Laburisti għalaq sebgħin sena mit-twaqqif tiegħu, ONE News iltaqa’ ma’ Massa f’daru hekk kif illum huwa għandu sitta u disgħin sena.
Wieħed mill-fundaturi tal-fergħa taż-żgħażagħ irrakkontalna l-bidu ta’ din l-għaqda, li kellha l-isem tal-Labour League of Youth.Aqra aktar
F’Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-parteċipanti li lestew il-kors b’suċċess organizzat mill-Fondazzjoni Ideat, fi ħdan il-Partit Laburista.Aqra aktar
Send this to a friend