Eman Portelli – Page 52 – One News

Eman Portelli

Notifiki

Mill-Ġimgħa jingħalqu l-iskejjel fir-Renju Unit

Fir-Renju Unit, mill-Ġimgħa se jingħalqu l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi għal żmien indefinit minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

Dan tħabbar mill-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson, fejn qal li l-eżamijiet f’Ingilterra u Wales mhux se jsiru; filwaqt li d-deċizzjoni dwar l-eżamijiet fl-Iskożja u l-Irlanda ta’ Fuq se tittieħed aktar tard.

Fir-Renju Unit, l-każi ta’ mwiet minħabba l-Coronavirus laħqu l-104.

Fl-Italja f’ġurnata l-imwiet bil-Coronavirus telgħu għal 475

Fl-Italja, f’temp ta’ erbgħa u għoxrin siegħa, l-imwiet b’kawża tal-Coronavirus telgħu għal 475. Dan ifisser li b’kollox in-numru tal-imwiet telgħa għal kważi 3,000.

B’hekk b’kollox hemm total ta’ aktar minn 35,700 każ ta’ Coronavirus f’dan il-pajjiż, b’4,000 jfiequ minn dan il-virus.

L-Italja kien l-aktar wieħed li ġie affettwat minn dan il-virus wara ċ-Ċina, il-post minn fejn beda dan il-virus.

L-eks plejers ta’ Manchester United joffru l-lukandi tagħhom għall-istaff mediku minħabba l-Coronavirus 

L-eks plejer ta’ Manchester United Gary Neville ħabbar li ż-żewġ lukandi li għandu bi sħab ma’ Ryan Giggs se jkunu offruti lill-istaff mediku li bħalissa qed jiġġieled qattiegħ l-imxija tal-Coronavirus.

Fuq Twitter, Neville ħabbar li mill-Ġimgħa s-sodod kollha fil-lukandi tagħhom se jingħataw lill-istaff mediku. Dan bil-għan sabiex dawk li qed jiġu f’kuntatt kontinwu ma’ persuni infettati mill-Coronavirus ma jkollhomx għalfejn imorru lura lejn djarhom bil-possibilità li jinfettaw lill-qraba tagħhom.

Tibda l-quddiesa fuq l-istazzjon ONE

Dalwaqt, l-istazzjonijiet ONE u ONE Radio se jkunu qed ixandru l-quddies b’mod dirett fit-8 ta’ filgħodu.

Din ix-xandira se tibda tinxandar ta’ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd fit-8 ta’ filgħodu, hekk kif kull knisja f’Malta u f’Għawdex bħalissa tinsab magħluqa minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

Ara x’servizzi se jkomplu jingħataw fiċ-ċentri tas-saħħa minn għada

B’konformità mal-miżuri li qegħdin jittieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa bil-għan li jkun evitat kemm jista’ jkun it-tixrid tal-mikrobu COVID-19, minn nhar it-Tnejn, 16 ta’ Marzu 2020, miċ-ċentri tas-saħħa, filwaqt li se jibqgħu jingħataw is-servizzi essenzjali, se jkunu sospiżi temporanjament diversi servizzi oħrajn, kif jidher hawn taħt:

Servizzi essenzjali li se jkomplu jingħataw miċ-ċentri tas-saħħa Servizzi li qegħdin ikunu temporanjament sospiżi sakemm jinħareġ avviż ieħor
(1) General Practitioner Walk-In

(2) General Practitioner Żjarat urġenti fid-djar*

(3) Treatment Room

(4) Medical Consultant Clinic – follow-ups urġenti biss

(Referrals ġodda ta’ Scheduke V jitkomplew permezz ta’ email)

(5) Diabetes Clinic – każijiet urġenti biss imressqin mill-Konsulent

(6) ACC/POC jitkomplew fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha

(7) Bloodletting – każijiet urġenti biss (kif deċiż minn tabib)

(8) Injezzjonijiet Avastin jitkompew fit-Tetru taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta

(9) X-Ray – każijiet urġenti biss

(10) ECG

(11) Immunisation services – miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta u Floriana biss

(12) Ophthalmic Clinic – Każijiet urġenti biss

(13) Pharmacy – jitkompolew miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u Floriana

(14) Antenatal Clinic

(15) Wound Clinic

(16) Plaster Slab

(17) Podiatry – każijiet urġenti biss

(18) Physiotherapy – każijiet urġenti biss

(19) Speech & Language Pathology – każijiet urġenti biss

(20) Mental Health – każijiet urġenti biss

(21) Breast Screening – follow-ups biss

(22) Colorectal Screening

(1) Cardiology Clinic*

(2) Chronic Disease Management Clinic

(3) Chronic Kidney Disease Prevention Clinic

(4) Dementia Clinic

(5) Dermatology Skin Tag Clinic

(6) Dietitian*

(7) Nutritionist*

(8) Down Syndrome Clinic

(9) Ear Syringing

(10) Fibromyalgia

(11) Cervical Screening

(12) Gynae Clinic

(13) Post-natal Clinic

(14) Lifestyle Clinic

(15) Movement and Physical Activity Clinic

(16) Orthopaedic Clinic*

(17) Orthopaedic minor ops

(18) Prescription Clinic

(19) Medical Results’ Clinic*

(20) School Health Services

(21) Scoliosis Clinic

(22) Social Worker

(23) Sports and Exercise Medicine Clinic

(24) Well Baby Clinic

(25) Well Being Clinic

(26) Port-a-Cath se jmur SAMOC

(27) Cervical Screening

(28) Breast Screening New Invites

 

Id-Dipartiment tal-Kura Primarja se jkun qed iżid numru tat-telefon ieħor – 21 22 24 44 – biex iżid il-kapaċità tal-Client Support Centre u jkun f’pożizzjoni jilqa’ għaż-żieda fid-domanda li mistennija jkun hemm mill-klijenti. Fil-ġranet li ġejjin, se jkun qed jiżdied is-servizz telemediċinali għal dawk is-servizzi mmarkati * u li issa se jkunu temporanjament sospiżi.

Mit-Tnejn tmien korsijiet tal-lifelong learning se jibdew jagħmlu lezzjonijiet onlajn b’live streaming

Fuq Facebook, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici ħabbar li minn għada, tmien korsijiet tal-lifelong learning se jagħmlu lezzjonijiet onlajn b’live streaming.

Qal li bħalissa l-Ministeru qed jiffoka fuq il-korsijiet li jwasslu għall-eżamijiet tas-SEC. Il-Ministru Bonnici qal li l-Ministeru qed jaħdem sabiex dawn il-lezzjonijiet onlajn jinfirxu għall-aktar korsijiet.

Send this to a friend