Eman Portelli

ATTENT: Tużax dan il-prodott

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu użati minħabba r-riskju ta’ migrazzjoni ta’ melamina mill-materjal li bih huma magħmulin dawn il-prodotti fl-ikel.

Deskrizzjoni tal-prodott:Sett tal-ikel għat-tfal ta’ 5 biċċiet (jikkonsisti minn furketta, kuċċarina, tazza, skutella u platt) 
Ditta:Noukie’s
Numru tal-lott:BB1910.78
Numru tal-barcode:5413042047127
Oriġini:Ċina

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 21337333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

Il-fatti tas-Central Link Project jassiguraw benefiċċji għar-residenti u għall-familji tagħhom

Fi stqarrija, il-Ministeru tat-Transport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali qal li sema’ u lest ikompli jisma’ ideat kostruttivi dwar il-proġett tas-Central Link. Il-Ministeru qal li se jibqa’ jikkomunika l-fatti dwar dan il-proġett bil-għan li tkun kjarifikata ħafna mill-ispekulazzjoni li bl-ebda mod ma tirrifletti r-realtà tal-proġett innifsu.Aqra aktar

Send this to a friend